|
+Artikolu 33 3. |
Artikolu 33 3.L-Istati Membri għandhom jiżgura li l-MTFs ikunu suġġetti għal regoli, sistemi u proċeduri effettivi li jiżguraw konformità ma’ li ġej:
(a)
mill-inqas 50 % tal-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar dwar l-MTF huma SMEs meta l-MTF tkun reġistrata bħala suq tal-SMEs li qed jespandi fi kwalunkwe sena kalendarja minn dakinhar ‘il quddiem;
(b)
kienu stabbiliti kriterja xierqa għall-ammissjoni inizjali u kontinwa tal-kummerċ tal-istrumenti finanzjarji ta’ emittenti fis-suq;
(c)
fl-ammissjoni inizjali tal-kummerċ tal-istrumenti finanzjarji jkun hemm biżżejjed informazzjoni ppubblikata biex tgħin lill-investituri jagħmlu ġudizzju infurmat dwar jekk jinvestux jew le fl-istrumenti finanzjarji, jew dokument proprju ta’ ammissjoni jew prospectus jekk ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2003/71/KE huma applikabbli fir-rigward ta’ offerta pubblika li ssir b’rabta mal-ammissjoni għall-kummerċ inizjali tal-kummerċ tal-istrument finanzjarju dwar l-MTF;
(d)
hemm rappurtar finanzjarju perjodiku kontinwu xieraq minn jew f’isem emittent fis-suq, pereżempju rapporti annwali awditjati;
(e)
emittenti fis-suq kif definiti fil-punt (21) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, persuni li jeżerċitaw responsabilitajiet maniġerjali kif definiti fil-punt (25) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u persuni assoċjati mill-qrib magħhom kif definiti fil-punt (26) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 huma konformi mar-rekwiżiti rilevanti applikabbli għalihom taħt ir-Regolament (EU) Nru 596/2014;
(f)
informazzjoni regolatorja li tikkonċerna l-emittenti fis-suq tkun maħżuna u disseminata lill-pubbliku;
(g)
hemm sistemi u kontrolli effettivi mmirati biex jipprevjenu u jikxfu abbuż tas-suq f’dak is-suq kif meħtieġ taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|