+Artikolu 45 Ir-rekwiżiti għall-korp maniġerjali ta’ operatur tas-suq
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 6.
---+Artikolu 45 7.
---+Artikolu 45 8.
---+Artikolu 45 9.

Artikolu 45 Ir-rekwiżiti għall-korp maniġerjali ta’ operatur tas-suq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-membri kollha tal-korp maniġerjali ta’ kwalunkwe operatur tas-suq għandhom ikunu f’kull ħin ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollhom biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Il-kompożizzjoni ġenerali tal-korp maniġerjali għandha tirrifletti firxa adegwatament wiesgħa ta’ esperjenza.
Artikolu 45 2.

Il-membri tal-korp maniġerjali għandhom, b’mod partikolari, jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

Il-membri kollha tal-korp maniġerjali għandhom jiddedikaw biżżejjed ħin biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-operatur tas-suq. L-għadd ta’ karigi ta’ direttur li membru tal-korp maniġerjali jista’ jkollu, fi kwalunkwe entità legali, fl-istess waqt għandu jqis iċ-ċirkostanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-operatur ta’ suq.

Sakemm ma jkunux qed jirrappreżentaw Stat Membru, il-membri tal-korp maniġerjali ta’ operaturi tas-suq li huma sinifikanti f’dawk li huma d-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom ma għandux ikollhom pożizzjonijiet fl-istess ħin li jaqbżu aktar minn kombinazzjoni waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

kariga ta’ direttur eżekuttiv wieħed b’żewġ karigi ta’ direttur mhux eżekuttivi;

(ii) 

erba’ karigi ta’ direttur mhux eżekuttiv.

Karigi ta’ direttur eżekuttivi u mhux eżekuttivi fl-istess grupp jew f’impriżi fejn l-operatur tas-suq jkollu parteċipazzjoni kwalifikattiva għandhom jitqiesu li jkunu kariga ta’ direttur waħda.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw membri tal-korp maniġerjali biex ikollhom kariga addizzjonali ta’ direttur mhux eżekuttiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw b’mod regolari lill-AETS dwar tali awtorizzazzjonijiet.

Direttorati fl-organizzazzjonijiet li ma għandhomx objettivi predominantament kummerċjali għandhom ikunu eżenti mil-limiti fuq in-numru ta’ direttorati li jista’ jkollu membru ta’ korp maniġerjali.

(b) 

Il-korp maniġerjali għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista’ jifhem l-attivitajiet tal-operatur tas-suq, inklużi r-riskji ewlenin.

(c) 

Kull membru tal-korp maniġerjali għandu jaġixxi b’onestà, integrità u indipendenza fil-ħsieb biex jivvaluta u jikkontesta b’mod effikaċi d-deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni għolja fejn meħtieġ u biex jissorvelja u jwettaq monitoraġġ effikaċi fuq it-teħid ta’ deċizjonijiet.

Artikolu 45 3.
L-operaturi tas-suq għandhom jiddedikaw riżorsi umani u finanzjarji adegwati għall-induzzjoni u t-taħriġ tal-membri tal-korp maniġerjali.
Artikolu 45 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-suq li huma sinifikanti f’termini tad-daqs, l-organizzazzjoni interna tagħhom u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat ta’ nominazzjoni magħmul minn membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-operatur tas-suq kkonċernata.

Il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jwettaq dan li ġej:

(a) 

jidentifika u jirrakkomanda, għall-approvazzjoni tal-korp maniġerjali jew għall-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali, kandidati sabiex jimtlew il-postijiet battala fil-korp maniġerjali. Meta jagħmel dan, il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jevalwa l-bilanċ tal-għarfien, il-ħiliet, id-diversità u l-esperjenza tal-korp maniġerjali. Barra minn hekk, il-kumitat għandu jħejji deskrizzjoni tar-rwoli u l-kapaċitajiet għal ħatra partikolari, u jivvaluta l-impenn tal-ħin mistenni. Barra minn hekk, il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jiddeċiedi dwar mira għar-rappreżentazzjoni tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp maniġerjali u jħejji politika dwar kif jiżdied l-għadd tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp maniġerjali sabiex tintlaħaq dik il-mira;

(b) 

huwa għandu jivvaluta perjodikament, u tal-inqas kull sena, l-istruttura, id-daqs, il-kompożizzjoni u l-prestazzjoni tal-korp maniġerjali u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp maniġerjali fir-rigward ta’ kwalunkwe bidla;

(c) 

huwa għandu jivvaluta perjodikament, u tal-inqas darba f’sena, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza tal-membri individwali tal-korp maniġerjali u tal-korp maniġerjali kollettivament, u jinforma lill-korp maniġerjali b’dan;

(d) 

jirrieżamina perjodikament il-politika tal-korp maniġerjali għall-għażla u n-nomina tal-amministrazzjoni għolja u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp maniġerjali.

Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, il-kumitat ta’ nominazzjoni għandu, sa fejn ikun possibbli u fuq bażi kontinwa, jieħu kont tal-ħtieġa li jiġi żgurat li t-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-korp maniġerjali ma jkun iddominat mill-ebda individwu jew grupp żgħir ta’ individwi b’mod li jkun ta’ ħsara għall-interessi tal-operatur tas-suq inġenerali.

Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, il-kumitat ta’ nomina għandu jkun jista’ juża kwalunkwe forma ta’ riżorsi li jqis xierqa, inkluż parir estern.

Fejn, skont il-liġi nazzjonali, il-korp maniġerjali ma jkollu l-ebda kompetenza fil-proċess tal-għażla u l-ħatra ta’ kwalunkwe membru tiegħu, dan il-paragrafu m’għandux japplika.

Artikolu 45 5.
L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-operaturi tas-suq u l-kumitati ta’ ħatra rispettivi tagħhom jużaw persuni b’sett wiesa’ ta’ kwalitajiet u kompetenzi meta jirreklutaw membri għall-korp maniġerjali u għal dak l-għan biex jistabbilixxu politika li tippromwovi d-diversità fil-korp maniġerjali.
Artikolu 45 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali tal-operatur tas-suq jiddefinixxi u jissorvejla l-implimentazzjoni tal-arranġamenti tal-governanza li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti ta’ organizzazzjoni inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-organizzazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali jissorvelja u jivvaluta perjodikament l-effettività tal-arranġamenti ta’ governanza tal-operatur tas-suq u jieħu l-passi meħtieġa biex jindirizza kwalunkwe nuqqas.

Membri tal-korp maniġerjali għandu jkollhom aċċess adegwat għall-informazzjoni u d-dokumenti li huma meħtieġa biex jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali.

Artikolu 45 7.
L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk ma tkunx sodisfatta illi l-membri tal-korp maniġerjali tal-operatur tas-suq għandhom reputazzjoni tajba biżżejjed, għandhom biżżejjed għarfien, kapaċitajiet u esperjenza, u jiddedikaw biżżejjed ħin għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, jew jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi l-korp maniġerjali tal-operatur tas-suq jista’ jkun ta’ theddida għall-ġestjoni effettiva, soda u prudenti tagħha u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti tagħha u tal-integrità tas-suq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-proċess tal-awtorizzazzjoni ta’ suq regolat, il-persuna jew persuni li effettivament jidderieġu l-operat u l-operat ta’ suq regolat li diġà huwa awtorizzat skont din id-Direttiva huma meqjusa li jkunu konformi mar-rekwiżiti mressqa fil-paragrafu 1.

Artikolu 45 8.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operatur tas-suq javża lill-awtorità kompetenti bl-identità tal-membri kollha tal-korp maniġerjali u bi kwalunkwe bidla għas-sħubija tiegħu, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun ivvalutat jekk l-operatur tas-suq jikkonformax mal-paragrafi 1 sa 5.
Artikolu 45 9.

L-AETS għandha toħroġ linji gwida dwar dan li ġej:

(a) 

il-kunċett ta’ impenn suffiċjenti tal-ħin iddedikat ta’ membru tal-korp maniġerjali biex iwettaq il-funzjonijiet ta’ dak il-membru, b’rabta maċ-ċirkustanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-operatur tas-suq;

(b) 

il-kunċett ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

(c) 

il-kunċett ta’ onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb ta’ membru tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil- punt (c) tal-paragrafu 2;

(d) 

il-kunċett ta’ riżorsi umani u finanzjarji adegwati ddedikati għat-trawwim u t-taħriġ tal-membri tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 3;

(e) 

il-kunċett ta’ diversità li għandha titqies fl-għażla tal-membri tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 5.

L-AETS għandha toħroġ dawk il-linji gwida sat-3 ta' Jannar 2016.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.