+Artikolu 45 4.

Artikolu 45 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-suq li huma sinifikanti f’termini tad-daqs, l-organizzazzjoni interna tagħhom u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat ta’ nominazzjoni magħmul minn membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-operatur tas-suq kkonċernata.

Il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jwettaq dan li ġej:

(a) 

jidentifika u jirrakkomanda, għall-approvazzjoni tal-korp maniġerjali jew għall-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali, kandidati sabiex jimtlew il-postijiet battala fil-korp maniġerjali. Meta jagħmel dan, il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jevalwa l-bilanċ tal-għarfien, il-ħiliet, id-diversità u l-esperjenza tal-korp maniġerjali. Barra minn hekk, il-kumitat għandu jħejji deskrizzjoni tar-rwoli u l-kapaċitajiet għal ħatra partikolari, u jivvaluta l-impenn tal-ħin mistenni. Barra minn hekk, il-kumitat tan-nominazzjoni għandu jiddeċiedi dwar mira għar-rappreżentazzjoni tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp maniġerjali u jħejji politika dwar kif jiżdied l-għadd tal-ġeneru mhux rappreżentat biżżejjed fil-korp maniġerjali sabiex tintlaħaq dik il-mira;

(b) 

huwa għandu jivvaluta perjodikament, u tal-inqas kull sena, l-istruttura, id-daqs, il-kompożizzjoni u l-prestazzjoni tal-korp maniġerjali u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp maniġerjali fir-rigward ta’ kwalunkwe bidla;

(c) 

huwa għandu jivvaluta perjodikament, u tal-inqas darba f’sena, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza tal-membri individwali tal-korp maniġerjali u tal-korp maniġerjali kollettivament, u jinforma lill-korp maniġerjali b’dan;

(d) 

jirrieżamina perjodikament il-politika tal-korp maniġerjali għall-għażla u n-nomina tal-amministrazzjoni għolja u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp maniġerjali.

Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, il-kumitat ta’ nominazzjoni għandu, sa fejn ikun possibbli u fuq bażi kontinwa, jieħu kont tal-ħtieġa li jiġi żgurat li t-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-korp maniġerjali ma jkun iddominat mill-ebda individwu jew grupp żgħir ta’ individwi b’mod li jkun ta’ ħsara għall-interessi tal-operatur tas-suq inġenerali.

Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, il-kumitat ta’ nomina għandu jkun jista’ juża kwalunkwe forma ta’ riżorsi li jqis xierqa, inkluż parir estern.

Fejn, skont il-liġi nazzjonali, il-korp maniġerjali ma jkollu l-ebda kompetenza fil-proċess tal-għażla u l-ħatra ta’ kwalunkwe membru tiegħu, dan il-paragrafu m’għandux japplika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.