|
+Artikolu 48 3. |
Artikolu 48 3.Il-ftehim bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 2 għandu tal-inqas jispeċifika:
(a)
l-obbligi tad-ditta ta’ investiment fir-rigward tal-għoti ta’ likwidità u fejn ikun applikabbli kwalunkwe obbligu ieħor li jirriżulta mill-parteċipazzjoni fl-iskema msemmija fil-paragrafu 2(b);
(b)
kwalunkwe inċentiva f’termini ta’ ribass jew mod ieħor offruta mis-suq regolat lil ditta ta’ investiment sabiex tiġi provduta l-likwidità tas-suq fuq bażi regolari u prevedibbli u, fejn ikun applikabbli, kwalunkwe dritt ieħor għad-ditta ta’ investiment bħala riżultat ta’ parteċipazzjoni fl-iskema msemmija fil-paragrafu 2(b). Is-suq regolat għandu jimmoniterja u jinforza l-osservanza mid-ditti ta’ investiment tar-rekwiżiti ta’ tali arranġamenti bil-miktub vinkolanti. Is-suq regolat għandu jinforma l-awtorità kompetenti dwar il-kuntest tal-ftehim vinkolanti bil-miktub u għandu, fuq talba, jipprovdi l-informazzjoni ulterjuri kollha lill-awtorità kompetenti neċessarja li tippermetti lill-awtorità kompetenti li tissodisfa lilha nnifisha bil-konformità tas-suq regolat ma’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|