+Artikolu 48 Resiljenza tas-sistemi, salvaviti u negozjar elettroniku
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
---+Artikolu 48 7.
---+Artikolu 48 8.
---+Artikolu 48 9.
---+Artikolu 48 10.
---+Artikolu 48 11.
---+Artikolu 48 12.
|
Artikolu 48 Resiljenza tas-sistemi, salvaviti u negozjar elettroniku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jistabbilixxi u jżomm ir-reżiljenza operazzjonali tiegħu f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554 biex jiżgura li s-sistemi tan-negozjar tiegħu jkunu reżiljenti, ikollhom biżżejjed kapaċità biex jittrattaw mal-ogħla volumi ta' ordnijiet u messaġġi, ikunu kapaċi jiżguraw kummerċ ordnat f'kundizzjonijiet ta' stress qawwi fis-suq, ikunu ttestjati b'mod sħiħ biex jiżguraw li jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet u jkunu soġġetti għal arranġamenti ta' kontinwità tal-operat effettivi, inkluż politika u pjanijiet ta' ta' kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta' rispons u ta' rkupru tal-ICT stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/2554, biex jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tiegħu jekk ikun hemm falliment tas-sistemi ta' negozjar tiegħu.
|
|
Artikolu 48 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li suq regolat ikollu stabbiliti:
(a)
ftehimiet bil-miktub mad-ditti kollha ta’ investiment li jfittxu li jiksbu strateġija ta’ ġenerazzjoni tas-suq dwar is-suq regolat;
(b)
skemi li jiżguraw li numru sinifikanti ta’ ditti ta’ investiment jipparteċipaw f’tali ftehimiet li jeħtiġuhom joħorġu kwoti tad-ditti bi prezzijiet kompetittivi bir-riżultat li tiġi pprovduta l-likwidità għas-suq fuq bażi regolari u prevedibbli, fejn tali rekwiżit ikun xieraq għan-natura u l-iskala tal-kummerċ f’dak is-suq regolat.
|
|
Artikolu 48 3.
|
Il-ftehim bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 2 għandu tal-inqas jispeċifika:
(a)
l-obbligi tad-ditta ta’ investiment fir-rigward tal-għoti ta’ likwidità u fejn ikun applikabbli kwalunkwe obbligu ieħor li jirriżulta mill-parteċipazzjoni fl-iskema msemmija fil-paragrafu 2(b);
(b)
kwalunkwe inċentiva f’termini ta’ ribass jew mod ieħor offruta mis-suq regolat lil ditta ta’ investiment sabiex tiġi provduta l-likwidità tas-suq fuq bażi regolari u prevedibbli u, fejn ikun applikabbli, kwalunkwe dritt ieħor għad-ditta ta’ investiment bħala riżultat ta’ parteċipazzjoni fl-iskema msemmija fil-paragrafu 2(b).
Is-suq regolat għandu jimmoniterja u jinforza l-osservanza mid-ditti ta’ investiment tar-rekwiżiti ta’ tali arranġamenti bil-miktub vinkolanti. Is-suq regolat għandu jinforma l-awtorità kompetenti dwar il-kuntest tal-ftehim vinkolanti bil-miktub u għandu, fuq talba, jipprovdi l-informazzjoni ulterjuri kollha lill-awtorità kompetenti neċessarja li tippermetti lill-awtorità kompetenti li tissodisfa lilha nnifisha bil-konformità tas-suq regolat ma’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 48 4.
|
L-Istati Membri għandhom jistipulaw li suq regolat ikollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi biex jirrifjutaw ordnijiet li jaqbżu l-livelli minimi predeterminati ta’ volum u prezz jew li huma żbaljati b’mod ċar.
|
|
Artikolu 48 5.
|
►M12
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat ikun kapaċi jwaqqaf jew jirrestrinġi temporanjament in-negozjar f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew fil-każ ta’ moviment tal-prezz sinifikanti fi strument finanzjarju f’dak is-suq jew f’suq relatat matul perjodu qasir u, f’każijiet eċċezzjonali, li jkun kapaċi jikkanċella, ivarja jew jikkoreġi kwalunkwe tranżazzjoni. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jiżgura li l-parametri biex jitwaqqaf jew jiġi ristrett in-negozjar ikunu kalibrati b’mod xieraq, b’tali mod li jitqiesu l-likwidità tal-klassijiet u s-subklassijiet differenti ta’ assi, in-natura tal-mudell tas-suq u t-tipi ta’ utenti, u li dan ikun biżżejjed biex jiġi evitat tfixkil sinifikanti għar-regolarità tan-negozjar. ◄
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li suq regolat jirrapporta l-parametri għat-twaqqif tan-negozju u kull bidla materjali lil dawk il-parametri lill-awtorità kompetenti b’mod konsistenti u komparabbli, u li l-awtorità kompetenti mbagħad min-naħa tagħha tirrappurtahom lill-AETS. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li meta suq regolat li jkun materjali fir-rigward tal-likwidità f’dak l-istrument finanzjarju iwaqqaf in-negozju, fi kwalunkwe Stat Membru, dak il-ċentru ta’ negozjar ikollu s-sistemi u l-proċeduri neċessarji fis-seħħ biex jiżgura li se jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti sabiex huma jikkoordinaw reazzjoni fis-suq kollu u jiddeterminaw jekk hux xieraw li jwaqqfu n-negozjar f’ċentri oħra ta’ kummerċ li fihom qed jiġi kummerċjalizzat l-istrument finanzjarju sakemm jerġa’ jibda l-kummerċ fis-suq oriġinali. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jiddivulga pubblikament fuq is-sit web tiegħu informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi li jwasslu biex in-negozjar jitwaqqaf jew jiġi ristrett u dwar il-prinċipji biex jiġu stabbiliti l-parametri tekniċi prinċipali użati biex isir dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta suq regolat ma jwaqqafx u ma jirrestrinġix in-negozjar kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, minkejja l-fatt li moviment sinifikanti tal-prezz fi strument finanzjarju jew strumenti finanzjarji relatati jkun wassal għal kundizzjonijiet diżordinati ta’ negozjar f’suq wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jerġgħu jistabbilixxu l-funzjonament normali tas-swieq, inklużi s-setgħat superviżorji msemmija fl-Artikolu 69(2), il-punti (m) sa (p).
|
|
Artikolu 48 6.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat ikollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi, inkluż li jirrikjedu li l-membri jew il-parteċipanti jwettqu ttestjar adegwat tal-algoritmi u jipprovdu ambjenti li jiffaċilitaw tali ttestjar f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u IV tar-Regolament (UE) 2022/2554, biex ikun żgurat li s-sistemi ta' negozjar algoritmiċi ma jistgħux joħolqu jew jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet diżordinati fis-suq u għall-ġestjoni ta' kwalunkwe kundizzjoni diżordinata tan-negozjar li tirriżulta minn tali sistemi algoritmiċi, inkluż sistemi li jillimitaw il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti għal tranżazzjonijiet li jistgħu jiddaħħlu fis-sistema minn membru jew parteċipant, sabiex ikunu kapaċi jnaqqsu l-veloċità tal-fluss tal-ordnijiet jekk ikun hemm riskju li tintlaħaq il-kapaċità tas-sistema tiegħu u li jillimita u jinforza d-daqs minimu ta' funzjonament li jista' jkun esegwit fis-suq.
|
|
Artikolu 48 7.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat li jippermetti aċċess dirett elettroniku għandu jkollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi li jippermettu li membri jew parteċipanti huma permessi biss li jipprovdu t-tali servizzi jekk huma ditti ta’ investiment awtorizzati skont din id-Direttiva jew istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati taħt id-Direttiva 2013/36/UE, li jiġu stabbiliti u applikati kriterji ċari fir-rigward tal-adattabilità tal-persuni li jistgħu jkunu pprovduti bit-tali aċċess u li l-membru jew parteċipant ikun responsabbli għal ordnijiet u kummerċ eżegwit bl-użu ta’ dak is-servizz b’rabta mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-suq regolat jistabbilixxi standards xierqa fir-rigward ta’ kontrolli u livelli minimi tar-riskju permezz tat-tali aċċess u li jkun kapaċi jiddistingwi u jekk meħtieġ iwaqqaf ordnijiet jew kummerċ minn persuna li qed tuża aċċess elettroniku dirett separatament minn ordnijiet oħrajn jew kummerċ minn membru jew parteċipant. Is-suq regolat għandu jkollu arranġamenti fis-seħħ biex jissospendi jew itemm il-provvista ta’ aċċess elettroniku dirett minn membru jew parteċipant lil kljient fil-każ ta’ nonkonformità ma’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 48 8.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat għandu jiżgura li r-regoli tiegħu dwar is-servizzi ta’ kolokazzjoni huma trasparenti, ġusti u mhux diskriminatorji.
|
|
Artikolu 48 9.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jiżgura li l-istrutturi tal-ħlasijiet tiegħu, inklużi ħlasijiet ta’ eżekuzzjoni, ħlasijiet anċillari u kwalunkwe ribass, ikunu trasparenti, ġusti u mhux diskriminatorji u li ma joħolqux inċentivi biex jagħmlu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw ordnijiet jew li jeżegwixxu tranżazzjonijiet b’tali mod li jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet diżordinati ta’ negozjar jew abbuż tas-suq. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jimponi obbligi għall-ġenerazzjoni tas-suq f’ishma individwali jew pakkett xieraq ta’ ishma bi skambju għal kwalunkwe ribass li jingħata. L-Istati Membri għandhom jippermettu li suq regolat jaġġusta l-ħlasijiet tiegħu għall-ordnijiet ikkanċellati skont it-tul ta’ żmien li matulu tkun inżammet l-ordni u li jirregola t-tariffi għal kull strument finanzjarju li japplikaw għalih. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li suq regolat jimponi ħlas ogħla għat-tqegħid ta’ ordni li tiġi sussegwentement ikkanċellata minn ordni li tiġi eżegwita u li jimponi ħlas ogħla lill-parteċipanti li jqiegħdu proporzjon għoli ta’ ordnijiet ikkanċellati apparagun mal-ordnijiet eżegwiti u lil dawk li joperaw teknika ta’ negozjar algoritmiku ta’ frekwenza għolja sabiex ikun rifless il-piż addizzjonali fuq il-kapaċità tas-sistema.
|
|
Artikolu 48 10.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat ikun jista’ jidentifika, permezz ta’ indikazzjonijiet minn membri jew parteċipanti, ordnijiet ġenerati minn negozjar algoritmiku, l-algoritmi differenti użati għall-ħolqien ta’ ordnijiet u l-persuni rilevanti li jagħtu bidu għal dawk l-ordnijiet. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti meta dawn jitolbuha.
|
|
Artikolu 48 11.
|
L-Istati Membri għandhom jirrkjedu li fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ suq regolat, swieq regolati jagħmlu disponibbli lill-awtorità kompetenti data marbuta mal-ktieb tal-ordnijiet jew jagħtu lill-awtorità kompetenti aċċess għall-ktieb tal-ordnijiet biex tkun kapaċi timmonitorja n-negozjar.
|
|
Artikolu 48 12.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jkompli jispeċifika:
▼M10
(a)
ir-rekwiżiti li jiżguraw li s-sistemi tan-negozjar ta' swieq regolati jkunu reżiljenti u li jkollhom kapaċità adegwata, minbarra r-rekwiżiti relatati mar-reżiljenza operazzjonali diġitali;
▼B
(b)
il-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 6, filwaqt li jieħu kont ta’ fatturi bħall-valur ta’ ordnijiet mhux eżegwiti fir-rigward tal-valur tat-tranżazzjonijiet eżegwiti;
(c)
il-kontrolli li jikkonċernaw aċċess elettroniku dirett b’mod li jiġi żgurat li l-kontrolli applikati għal aċċess sponsorizzat ikunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati għall-aċċess dirett għas-suq;
(d)
ir-rekwiżiti li jiżguraw li servizzi ta’ kolokazzjoni u strutturi ta’ ħlas huma ġusti u nondiskriminatorji u li l-istrutturi tal-ħlas ma joħolqux inċentivi għall-kundizzjonijiet diżordinati ta’ negozjar jew abbuż mis-suq;
(e)
id-determinazzjoni ta’ fejn suq regolat ikun materjali fir-rigward tal-likwidità f’dak l-istrument finanzjarju;
(f)
ir-rekwiżiti li jiżguraw li l-iskemi ta’ ġenerazzjoni tas-suq ikunu ġusti u mhux diskriminatorji u li jistabbilixxi obbligi minimi ta’ ġenerazzjoni tas-suq li s-swieq regolati jridu jipprevedu meta jkunu qed ifasslu skema ta’ ġenerazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet li fihom ir-rekwiżit li jkun hemm fis-seħħ skema ta’ ġenerazzjoni tas-suq ma jkunx xieraq, b’kont meħud tan-natura u l-iskala tan-negozjar fuq dak is-suq regolat, inkluż jekk is-suq regolat jippermettix jew iħallix li jseħħ negozjar algoritmiku permezz tas-sistemi tiegħu;
▼M10
(g)
ir-rekwiżiti li jiżguraw l-ittestjar adegwat tal-algoritmi, għajr l-ittestjar tar-reżistenza operazzjonali diġitali, sabiex ikun żgurat li s-sistemi ta' negozjar algoritmiku inkluż is-sistemi ta' negozjar algoritmiku bi frekwenza għolja ma jkunux jistgħu joħolqu kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar fis-suq jew jikkontribwixxu għalihom.
▼M12
(h)
il-prinċipji li s-swieq regolati għandhom jikkunsidraw meta jistabbilixxu l-mekkaniżmi tagħhom biex iwaqqfu jew jirrestrinġu n-negozjar f’konformità mal-paragrafu 5, filwaqt li jitqiesu l-likwidità ta’ klassijiet u subklassijiet differenti ta’ assi, in-natura tal-mudell tas-suq u t-tipi ta’ utenti, u mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tas-swieq regolati biex jiġu stabbiliti dawk il-mekkaniżmi;
(i)
l-informazzjoni li s-swieq regolati għandhom jiżvelaw, inklużi l-parametri biex jitwaqqaf in-negozjar li s-swieq regolati għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-paragrafu 5.
l-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Marzu 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|