+Artikolu 48 5.

Artikolu 48 5.

►M12  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat ikun kapaċi jwaqqaf jew jirrestrinġi temporanjament in-negozjar f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew fil-każ ta’ moviment tal-prezz sinifikanti fi strument finanzjarju f’dak is-suq jew f’suq relatat matul perjodu qasir u, f’każijiet eċċezzjonali, li jkun kapaċi jikkanċella, ivarja jew jikkoreġi kwalunkwe tranżazzjoni. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jiżgura li l-parametri biex jitwaqqaf jew jiġi ristrett in-negozjar ikunu kalibrati b’mod xieraq, b’tali mod li jitqiesu l-likwidità tal-klassijiet u s-subklassijiet differenti ta’ assi, in-natura tal-mudell tas-suq u t-tipi ta’ utenti, u li dan ikun biżżejjed biex jiġi evitat tfixkil sinifikanti għar-regolarità tan-negozjar. ◄

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li suq regolat jirrapporta l-parametri għat-twaqqif tan-negozju u kull bidla materjali lil dawk il-parametri lill-awtorità kompetenti b’mod konsistenti u komparabbli, u li l-awtorità kompetenti mbagħad min-naħa tagħha tirrappurtahom lill-AETS. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li meta suq regolat li jkun materjali fir-rigward tal-likwidità f’dak l-istrument finanzjarju iwaqqaf in-negozju, fi kwalunkwe Stat Membru, dak il-ċentru ta’ negozjar ikollu s-sistemi u l-proċeduri neċessarji fis-seħħ biex jiżgura li se jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti sabiex huma jikkoordinaw reazzjoni fis-suq kollu u jiddeterminaw jekk hux xieraw li jwaqqfu n-negozjar f’ċentri oħra ta’ kummerċ li fihom qed jiġi kummerċjalizzat l-istrument finanzjarju sakemm jerġa’ jibda l-kummerċ fis-suq oriġinali.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jiddivulga pubblikament fuq is-sit web tiegħu informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi li jwasslu biex in-negozjar jitwaqqaf jew jiġi ristrett u dwar il-prinċipji biex jiġu stabbiliti l-parametri tekniċi prinċipali użati biex isir dan.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta suq regolat ma jwaqqafx u ma jirrestrinġix in-negozjar kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, minkejja l-fatt li moviment sinifikanti tal-prezz fi strument finanzjarju jew strumenti finanzjarji relatati jkun wassal għal kundizzjonijiet diżordinati ta’ negozjar f’suq wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jerġgħu jistabbilixxu l-funzjonament normali tas-swieq, inklużi s-setgħat superviżorji msemmija fl-Artikolu 69(2), il-punti (m) sa (p).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.