+Artikolu 48 7.

Artikolu 48 7.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat li jippermetti aċċess dirett elettroniku għandu jkollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi li jippermettu li membri jew parteċipanti huma permessi biss li jipprovdu t-tali servizzi jekk huma ditti ta’ investiment awtorizzati skont din id-Direttiva jew istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati taħt id-Direttiva 2013/36/UE, li jiġu stabbiliti u applikati kriterji ċari fir-rigward tal-adattabilità tal-persuni li jistgħu jkunu pprovduti bit-tali aċċess u li l-membru jew parteċipant ikun responsabbli għal ordnijiet u kummerċ eżegwit bl-użu ta’ dak is-servizz b’rabta mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-suq regolat jistabbilixxi standards xierqa fir-rigward ta’ kontrolli u livelli minimi tar-riskju permezz tat-tali aċċess u li jkun kapaċi jiddistingwi u jekk meħtieġ iwaqqaf ordnijiet jew kummerċ minn persuna li qed tuża aċċess elettroniku dirett separatament minn ordnijiet oħrajn jew kummerċ minn membru jew parteċipant.

Is-suq regolat għandu jkollu arranġamenti fis-seħħ biex jissospendi jew itemm il-provvista ta’ aċċess elettroniku dirett minn membru jew parteċipant lil kljient fil-każ ta’ nonkonformità ma’ dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.