|
+Artikolu 48 12. |
Artikolu 48 12.L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jkompli jispeċifika:
(a)
ir-rekwiżiti li jiżguraw li s-sistemi tan-negozjar ta' swieq regolati jkunu reżiljenti u li jkollhom kapaċità adegwata, minbarra r-rekwiżiti relatati mar-reżiljenza operazzjonali diġitali;
(b)
il-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 6, filwaqt li jieħu kont ta’ fatturi bħall-valur ta’ ordnijiet mhux eżegwiti fir-rigward tal-valur tat-tranżazzjonijiet eżegwiti;
(c)
il-kontrolli li jikkonċernaw aċċess elettroniku dirett b’mod li jiġi żgurat li l-kontrolli applikati għal aċċess sponsorizzat ikunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati għall-aċċess dirett għas-suq;
(d)
ir-rekwiżiti li jiżguraw li servizzi ta’ kolokazzjoni u strutturi ta’ ħlas huma ġusti u nondiskriminatorji u li l-istrutturi tal-ħlas ma joħolqux inċentivi għall-kundizzjonijiet diżordinati ta’ negozjar jew abbuż mis-suq;
(e)
id-determinazzjoni ta’ fejn suq regolat ikun materjali fir-rigward tal-likwidità f’dak l-istrument finanzjarju;
(f)
ir-rekwiżiti li jiżguraw li l-iskemi ta’ ġenerazzjoni tas-suq ikunu ġusti u mhux diskriminatorji u li jistabbilixxi obbligi minimi ta’ ġenerazzjoni tas-suq li s-swieq regolati jridu jipprevedu meta jkunu qed ifasslu skema ta’ ġenerazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet li fihom ir-rekwiżit li jkun hemm fis-seħħ skema ta’ ġenerazzjoni tas-suq ma jkunx xieraq, b’kont meħud tan-natura u l-iskala tan-negozjar fuq dak is-suq regolat, inkluż jekk is-suq regolat jippermettix jew iħallix li jseħħ negozjar algoritmiku permezz tas-sistemi tiegħu;
(g)
ir-rekwiżiti li jiżguraw l-ittestjar adegwat tal-algoritmi, għajr l-ittestjar tar-reżistenza operazzjonali diġitali, sabiex ikun żgurat li s-sistemi ta' negozjar algoritmiku inkluż is-sistemi ta' negozjar algoritmiku bi frekwenza għolja ma jkunux jistgħu joħolqu kundizzjonijiet diżordinati ta' negozjar fis-suq jew jikkontribwixxu għalihom.
(h)
il-prinċipji li s-swieq regolati għandhom jikkunsidraw meta jistabbilixxu l-mekkaniżmi tagħhom biex iwaqqfu jew jirrestrinġu n-negozjar f’konformità mal-paragrafu 5, filwaqt li jitqiesu l-likwidità ta’ klassijiet u subklassijiet differenti ta’ assi, in-natura tal-mudell tas-suq u t-tipi ta’ utenti, u mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tas-swieq regolati biex jiġu stabbiliti dawk il-mekkaniżmi;
(i)
l-informazzjoni li s-swieq regolati għandhom jiżvelaw, inklużi l-parametri biex jitwaqqaf in-negozjar li s-swieq regolati għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-paragrafu 5. l-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Marzu 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|