|
+Artikolu 58 1. |
Artikolu 58 1.►M12 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jħaddem ċentru ta’ negozjar, li jinnegozja derivattivi ta’ komoditajiet jew derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet: ◄
(a)
jiġu ppubblikati:
(i)
għal ċentri ta’ negozjar fejn l-opzjonijiet huma nnegozjati, żewġ rapporti fil-ġimgħa, li minnhom wieħed jeskludi l-opzjonijiet, b’ġabra tal-pożizzjonijiet meħuda minn kategoriji differenti ta’ persuni għad-derivattivi ta’ komoditajiet jew id-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet differenti nnegozjati fiċ-ċentru ta’ negozjar tagħhom, filwaqt li jispeċifikaw in-numru ta’ pożizzjonijiet twal u qosra ta’ tali kategoriji, tibdiliet fihom mir-rapport preċedenti, il-perċentwal tat-total tal-interess miftuħ rappreżentat minn kull kategorija, u n-numru ta’ persuni li għandhom pożizzjoni f’kull kategorija f’konformità mal-paragrafu 4;
(ii)
għaċ-ċentri ta’ negozjar fejn l-opzjonijiet mhumiex innegozjati, rapport ta’ kull ġimgħa dwar l-elementi stabbiliti fil-punt (i);
(b)
jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’analiżi statistika kompleta tal-pożizzjonijiet meħuda mill-persuni kollha, inklużi l-membri jew parteċipanti u l-klijenti tagħhom, f’dak iċ-ċentru ta’ negozjar, tal-anqas fuq bażi ta’ kuljum. L-obbligu stipulat fil-punt (a) għandu japplika biss meta kemm in-numru ta’ persuni u l-pożizzjonijiet miftuħa tagħhom jaqbeż l-anqas livelli minimi. Ir-rapportar dwar il-pożizzjoni ma għandux ikun applikabbli għal kwalunkwe titolu ieħor kif imsemmi fil-punt (c) tal-punt (44) tal-Artikolu 4(1) li jkun relatat ma’ komodità jew titolu sottostanti kif imsemmija fit-Taqsima C.10 tal-Anness I. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jħaddem ċentru ta’ negozjar li jinnegozja derivattivi ta’ komoditajiet jew derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet jikkomunikaw ir-rapporti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu lill-awtorità kompetenti u lill-ESMA. L-ESMA għandha tipproċedi bil-pubblikazzjoni ċentralizzata tal-informazzjoni inkluża f’dawk ir-rapporti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|