+Artikolu 58 Rapportar tal-pożizzjoni minn kategoriji ta’ detenturi ta’ pożizzjoni
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
---+Artikolu 58 4.
---+Artikolu 58 5.
---+Artikolu 58 6.
---+Artikolu 58 7.
|
Artikolu 58 Rapportar tal-pożizzjoni minn kategoriji ta’ detenturi ta’ pożizzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 58 1.
|
►M12
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jħaddem ċentru ta’ negozjar, li jinnegozja derivattivi ta’ komoditajiet jew derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet: ◄
▼M12
(a)
jiġu ppubblikati:
(i)
għal ċentri ta’ negozjar fejn l-opzjonijiet huma nnegozjati, żewġ rapporti fil-ġimgħa, li minnhom wieħed jeskludi l-opzjonijiet, b’ġabra tal-pożizzjonijiet meħuda minn kategoriji differenti ta’ persuni għad-derivattivi ta’ komoditajiet jew id-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet differenti nnegozjati fiċ-ċentru ta’ negozjar tagħhom, filwaqt li jispeċifikaw in-numru ta’ pożizzjonijiet twal u qosra ta’ tali kategoriji, tibdiliet fihom mir-rapport preċedenti, il-perċentwal tat-total tal-interess miftuħ rappreżentat minn kull kategorija, u n-numru ta’ persuni li għandhom pożizzjoni f’kull kategorija f’konformità mal-paragrafu 4;
(ii)
għaċ-ċentri ta’ negozjar fejn l-opzjonijiet mhumiex innegozjati, rapport ta’ kull ġimgħa dwar l-elementi stabbiliti fil-punt (i);
▼B
(b)
jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’analiżi statistika kompleta tal-pożizzjonijiet meħuda mill-persuni kollha, inklużi l-membri jew parteċipanti u l-klijenti tagħhom, f’dak iċ-ċentru ta’ negozjar, tal-anqas fuq bażi ta’ kuljum.
L-obbligu stipulat fil-punt (a) għandu japplika biss meta kemm in-numru ta’ persuni u l-pożizzjonijiet miftuħa tagħhom jaqbeż l-anqas livelli minimi. Ir-rapportar dwar il-pożizzjoni ma għandux ikun applikabbli għal kwalunkwe titolu ieħor kif imsemmi fil-punt (c) tal-punt (44) tal-Artikolu 4(1) li jkun relatat ma’ komodità jew titolu sottostanti kif imsemmija fit-Taqsima C.10 tal-Anness I. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jħaddem ċentru ta’ negozjar li jinnegozja derivattivi ta’ komoditajiet jew derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet jikkomunikaw ir-rapporti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu lill-awtorità kompetenti u lill-ESMA. L-ESMA għandha tipproċedi bil-pubblikazzjoni ċentralizzata tal-informazzjoni inkluża f’dawk ir-rapporti.
|
|
Artikolu 58 2.
|
►M12
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ditti tal-investiment li jinnegozjaw derivattivi ta’ komoditajiet jew derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet barra minn ċentru ta’ negozjar jipprovdu, fuq mill-anqas bażi ta’ kuljum, lill-awtorità ċentrali kompetenti msemmija fl-Artikolu 57(6) jew – fejn ma jkun hemm l-ebda awtorità kompetenti ċentrali – l-awtorità kompetenti taċ-ċentru ta’ negozjar fejn id-derivattivi ta’ komoditajiet jew id-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet ikunu nnegozjati, b’analiżi statistika kompleta tal-pożizzjonijiet meħuda tagħhom f’kuntratti OTC ekonomikament ekwivalenti, kif ukoll ta’ dawk tal-klijenti tagħhom u l-klijenti ta’ dawk il-klijenti sakemm wieħed jasal għall-klijent aħħari, skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. ◄
|
|
Artikolu 58 3.
|
Sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-konformità mal-l-Artikolu 57(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-membri jew il-parteċipanti ta’ swieq regolati, MTFs u klijenti ta’ OTFs jirrapportaw lid-ditta ta’ investiment jew lil-operatur tas-suq li jopera dak iċ-ċentru ta’ negozjar, id-dettalji tal-pożizzjonijiet tagħhom stess meħuda permezz ta’ kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru ta’ negozjar tal-anqas fuq bażi ta’ kuljum, kif ukoll dawk tal-klijenti tagħhom u l-klijenti ta’ dawk il-klijenti sakemm wieħed jasal għall-klijent aħħari.
|
|
Artikolu 58 4.
|
►M12
Persuni li għandhom pożizzjonijiet f’derivattiva ta’ komoditajiet jew derivattiva ta’ kwoti tal-emissjonijiet għandhom jiġu klassifikati mid-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li jopera dak iċ-ċentru ta’ negozjar skont in-natura tal-kummerċ ewlieni tagħhom, wara li jqisu kwalunkwe awtorizzazzjoni applikabbli, bħala: ◄
(a)
ditti ta’ investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu;
(b)
fondi ta’ investiment, li jistgħu jkunu jew intrapriża għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif iddefinita fid-Direttiva 2009/65/KE, jew maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv kif iddefinit fid-Direttiva 2011/61/KE;
(c)
istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, inkluż intrapriżi tal-assigurazzjoni u intrapriżi ta’ riassikurazzjoni kif iddefiniti fid-Direttiva 2009/138/KE, u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ pensjoni okkupazzjonali kif iddefiniti fid-Direttiva 2003/41/KE;
▼M12
(e)
fil-każ ta’ derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet, operaturi b’obbligi ta’ konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE.
▼B
Ir-rapporti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw in-numru ta’ pożizzjonijiet twal u qosra permezz tal-kategorija tal-persuni, kwalunkwe bidla fihom mir-rapport preċedenti, il-perċentwali tat-total ta’ interess miftuħ rappreżentat minn kull kategorija, u n-numru ta’ persuni f’kull kategorija. Ir-rapporti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-analiżi statistiċi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jagħmlu distinzjoni bejn:
(a)
pożizzjonijiet identifikati bħala pożizzjonijiet li, b’mod li jista’ jitkejjel oġġettivament, inaqqsu r-riskji relatati direttament ma’ attivitajiet kummerċjali; kif ukoll
|
|
Artikolu 58 5.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-format tar-rapporti msemmija fil-punt (a) tal-paragarafu 1 u tal-analiżi statistiċi msemmija fil-paragrafu 2. L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta' Jannar 2016. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Fil-każ tal-permessi tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom, ir-rapportar ma għandux jippreġudika l-obbligi skont id-Direttiva 2003/87/KE.
|
|
Artikolu 58 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 li jispeċifikaw il-livelli minimi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, wara li jiġi kkunsidrat it-total tan-numru ta’ pożizzjonijiet miftuħa u d-daqs tagħhom u t-total ta’ persuni li għandhom pożizzjoni.
|
|
Artikolu 58 7.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-miżuri li jirrikjedu li r-rapporti kollha msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 li għandhom jintbagħtu lill-AETS f’ħin speċifikat darba fil-ġimgħa, għall-pubblikazzjoni ċentralizzata tagħhom aktar tard. L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta' Jannar 2016. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|