|
+Artikolu 58 4. |
Artikolu 58 4.►M12 Persuni li għandhom pożizzjonijiet f’derivattiva ta’ komoditajiet jew derivattiva ta’ kwoti tal-emissjonijiet għandhom jiġu klassifikati mid-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li jopera dak iċ-ċentru ta’ negozjar skont in-natura tal-kummerċ ewlieni tagħhom, wara li jqisu kwalunkwe awtorizzazzjoni applikabbli, bħala: ◄
(a)
ditti ta’ investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu;
(b)
fondi ta’ investiment, li jistgħu jkunu jew intrapriża għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif iddefinita fid-Direttiva 2009/65/KE, jew maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv kif iddefinit fid-Direttiva 2011/61/KE;
(c)
istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, inkluż intrapriżi tal-assigurazzjoni u intrapriżi ta’ riassikurazzjoni kif iddefiniti fid-Direttiva 2009/138/KE, u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ pensjoni okkupazzjonali kif iddefiniti fid-Direttiva 2003/41/KE;
(d)
impriżi kummerċjali;
(e)
fil-każ ta’ derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet, operaturi b’obbligi ta’ konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE. Ir-rapporti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw in-numru ta’ pożizzjonijiet twal u qosra permezz tal-kategorija tal-persuni, kwalunkwe bidla fihom mir-rapport preċedenti, il-perċentwali tat-total ta’ interess miftuħ rappreżentat minn kull kategorija, u n-numru ta’ persuni f’kull kategorija. Ir-rapporti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-analiżi statistiċi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jagħmlu distinzjoni bejn:
(a)
pożizzjonijiet identifikati bħala pożizzjonijiet li, b’mod li jista’ jitkejjel oġġettivament, inaqqsu r-riskji relatati direttament ma’ attivitajiet kummerċjali; kif ukoll
(b)
pożizzjonijiet oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|