+Artikolu 70 6.

Artikolu 70 6.

Fil-każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafi 3, 4 u 5, l-Istati Membri għandhom, f’konformita’ mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jieħdu u jimponu tall-anqas is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li ġejjin:

(a) 

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 71;

(b) 

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex twaqqaf il-kondotta u li ma tirrepetix dik il-kondotta;

▼M6

(c) 

fil-każ ta’ ditta tal-investiment, operatur tas-suq awtorizzat li jopera MTF jew OTF, jew suq regolat, l-irtirar jew is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni f’konformità mal-Artikoli 8 u 43 ta’ din id-Direttiva u, fejn xi APA jew ARM ikollhom deroga taħt l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-irtirar jew is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 27e ta’ dak ir-Regolament;

▼B

(d) 

projbizzjoni temporanja jew, f’każ ta’ ksur serju ripetut, permanenti kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tad-ditta ta’ investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li hija miżmuma responsabbli, biex teżerċita funzjonijiet maniġerjali fid-ditti ta’ investiment;

(e) 

projbizzjoni temporanja fuq kwalunkwe ditta ta’ investiment li tkun membru jew parteċipant fi swieq regolati jew MTFs jew kwalunkwe klijent ta’ OTFs;

(f) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, multi ta’ mhux inqas minn EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta' Lulju 2014, jew sa massimu ta’ 10 % tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; fejn il-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li għandha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id- Direttiva 2013/34/KE, il-fatturat totali annwali rilevanti għandu jkun il-fatturat totali annwali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-atti leġislattivi rilevanti dwar il-kontabilità skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali ewlenija;

(g) 

f’każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 5 000 000 , jew fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta' Lulju 2014.

(h) 

multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas id-doppju tal-ammont tal-benefiċċju meħud mill-ksur fejn dak il-benefiċċju jista’ jiġi determinat, anki jekk jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (f) u (g).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.