+Artikolu 81 Skambju ta’ tagħrif
---+Artikolu 81 1.
---+Artikolu 81 2.
---+Artikolu 81 3.
---+Artikolu 81 4.
---+Artikolu 81 5.
|
Artikolu 81 Skambju ta’ tagħrif
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 81 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu nħatru bħala punti ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 f’konformita’ mal-Artikolu 79(1) ta’ din id-Direttiva għandhom ifornu minnufih lil xulxin it-tagħrif meħtieġ biex jitwettqu d-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti, maħtura bi qbil mal-Artikolu 67(1) ta’ din id-Direttiva, stabbiliti fid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014. L-awtoritajiet kompetenti li jiskambjaw it-tagħrif ma’ awtoritajiet kompetenti oħra skont din id-Direttiva jew skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jistgħu jindikaw, fil-mument meta jagħmlu l-komunikazzjoni, li dan it-tagħrif ma jistax jiġi żvelat mingħajr il-qbil espliċitu tagħhom, f’liema każ dan it-tagħrif jista’ jiġi skambjat biss għall-finijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.
|
|
Artikolu 81 2.
|
L-awtorità kompetenti li tkun inħatret bħala l-punt ta’ kuntatt bi qbil mal-Artikolu 79(1) tista’ tittrażmetti t-tagħrif li tkun irċeviet skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u skont l-Artikoli 77 u 88 lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 67(1). Dawn ma għandhomx jittrażmettuh lil korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn mingħajr il-qbil espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddivulgawh u għandhom jagħmlu dan biss għall-finijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom, għajr f’ċirkustanzi ġġustifikati kif dovut. F’dan il-każ tal-aħħar, il-punt ta’ kuntatt għandu jgħarraf minnufih lill-punt ta’ kuntatt li jkun bagħat it-tagħrif.
|
|
Artikolu 81 3.
|
L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 71 kif ukoll il-korpi jew il-persuni fiżiċi u ġuridiċi l-oħrajn li jirċievu tagħrif kunfidenzjali skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew skont l-Artikoli 77 u 88 jistgħu jużawh biss waqt li jkunu qed iwettqu dmirijiethom, b’mod partikulari:
▼M4
(a)
biex jivverifikaw li huma ssodisfati l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tan-negozju tad-ditti tal-investiment u biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-kondotta ta' dak in-negozju, il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern;
▼B
(b)
sabiex jimmonitorjaw il-funzjonament xieraq taċ-ċentri ta’ negozjar;
(c)
sabiex jimponu sanzjonijiet;
(d)
fl-appelli amministrattivi kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti;
(e)
fil-proċedimenti tal-qrati mibdija skont l-Artikolu 74;
(f)
fil-mekkaniżmu extra ġudizzjarju għall-ilmenti tal-investituri previst fl-Artikolu 75.
|
|
Artikolu 81 4.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-iskambju ta’ tagħrif. L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta' Jannar 2016. Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 81 5.
|
La dan l-Artikolu u lanqas l-Artikoli 76 jew 88 m’għandhom jipprevjenu lil awtorità kompetenti milli tittrażmetti lill-AETS, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, lill-banek ċentrali, lis-SEBĊ u lill-BĊE, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, meta jkun xieraq, lill-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi tal-ħlasijiet u tas-saldu, tagħrif kunfidenzjali maħsub għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Bl-istess mod, dawn l-awtoritajiet jew korpi m’għandhomx jitwaqqfu milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti it-tali tagħrif li huma jistgħu jeħtieġu biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom previsti f’din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 600/2014.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|