+Artikolu 90 Rapporti u rieżami
---+Artikolu 90 1.
---+Artikolu 90 1a.
---+Artikolu 90 4.
---+Artikolu 90 5.
---+Artikolu 90 6.

Artikolu 90 Rapporti u rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 90 1.

Qabel it- ►M3   3 ta' Marzu 2020  ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-AETS, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a) 

il-funzjonament tal-OTF, inkluż l-użu speċifiku tagħhom ta’ ►C4  negozjar matched principal ◄ , filwaqt li tqis l-esperjenza miksuba mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tas-superviżjoni, l-għadd ta’ OTF awtorizzati fl-Unjoni u s-sehem tagħhom mis-suq u b’mod partikolari filwaqt li teżamina jekk humiex meħtieġa xi aġġustamenti għad-definizzjoni ta’ OTF u jekk id-diversi strumenti finanzjarji koperti mill-kategorija OTF ikunux għadhom xierqa;

(b) 

il-funzjonament tal-iskema għas-swieq tal-SMEs li qed jespandu, filwaqt li tqis l-għadd ta’ MTF irreġistrati bħala swieq tal-SMEs li qed jespandu, l-għadd ta’ emittenti li hemm fihom u l-volumi rilevanti ta’ negozjar;

B’mod partikolari, ir-rapport għandu jivvaluta jekk il-limitu minimu fil-punt (a) tal-Artikolu 33(3) għadux minimu xieraq biex jintlaħqu l-objettivi għas-swieq tal-SMEs li qed jespandu kif iddikjarat f’din id-Direttiva;

(c) 

l-impatt tar-rekwiżiti marbutin mal-kummerċ algoritmiku, inkluż il-kummerċ algoritmiku ta’ frekwenza għolja;

(d) 

l-esperjenza marbuta mal-mekkaniżmu għall-projbizzjoni ta’ ċerti prodotti u ċerti prattiki, filwaqt li tqis kemm-il darba l-mekkaniżmi jkunu ġew attivati u l-effetti tagħhom;

(e) 

l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali u, b’mod partikolari, il-ħtieġa biex ikomplu jiġu armonizzati s-sanzjonijiet amministrattivi stabbiliti għall-ksur tar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 600/2014.

(f) 

l-impatt tal-applikazzjoni tal-limiti tal-pożizzjonijiet u l-ġestjoni tal-pożizzjonijiet dwar il-likwidità, l-abbuż tas-suq u l-kundizzjonijiet xierqa ta’ pprezzar u saldu fis-swieq tad-derivattivi tal-komoditajiet;

(g) 

l-iżvilupp fil-prezzijiet għad-data dwar it-trasparenza prenegozjattiva u postnegozjattiva mis-swieq regolati, l-MTFs, l-OTFs u l-APAs;

(h) 

l-impatt tar-rekwiżit għad-divulgazzjoni ta’ kwalunkwe ħlasijiet, kummissjonijiet u benefiċċji mhux monetarji fir-rigward tal-forniment ta’ servizz ta’ investiment jew servizz anċillari lill-klijent f’konformita mal-Artikolu 24(9), inkluż l-impatt tiegħu fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern rigward il-konsulenza dwar investimenti transkonfinali.

Artikolu 90 1a.
Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-impatt tal-eżenzjoni stipulata fil-punt (j) tal-Artikolu 2(1), fir-rigward tal-kwoti tal-emissjonijiet jew id-derivattivi tagħhom, u għandha takkumpanja dak ir-rieżami, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva biex temenda l-eżenzjoni. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tivvaluta n-negozjar fi kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, l-impatt tal-eżenzjoni stipulata fil-punt (j) tal-Artikolu 2(1) fuq il-protezzjoni tal-investituri, l-integrità u t-trasparenza tas-swieq fil-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom u jekk jenħtieġx li jiġu adottati miżuri b’rabta man-negozjar li jseħħ f’ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi.
Artikolu 90 4.
Sal- ►M3  1 ta' Jannar 2019 ◄ , il-Kummissjoni għandha tħejji rapport, wara li tkun ikkonsultat lill-AETS u lill-ACER, li jivvaluta l-impatt potenzjali fuq il-prezzijiet tal-enerġija u fuq il-funzjonament tas-suq tal-enerġija, kif ukoll il-fattibbiltà u l-benefiċċji f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis tar-riskji tal-kontropartijiet u r-riskji sistemiċi u l-ispejjeż diretti ta’ meta l-kuntratti tad-derivattivi tal-enerġija C6 isiru soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, t-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 11(3) tiegħu u l-inklużjoni tagħhom fil-kalkolu tal-livell limitu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 10 tiegħu.

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li kieku l-inklużjoni ta’ dawk il-kuntratti ma tkunx fattibbli u ta’ benefiċċju, hi għandha tippreżenta, jekk ikun xieraq, proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 ta’ din id-Direttiva biex testendi l-perjodu ta’ 42 xahar imsemmi fl-Artikolu 95(1) ta’ din id-Direttiva darba b’sentejn u darba oħra b’sena.

Artikolu 90 5.

Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-ESMA, lill-EBA u lill-ACER, tissottometti rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fihom valutazzjoni komprensiva tas-swieq għad-derivattivi ta’ komoditajiet, għall-kwoti tal-emissjonijiet u għad-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet. Dawk ir-rapporti għandhom jivvalutaw mill-anqas għal kull wieħed mill-elementi li ġejjin il-kontribut tagħhom għal-likwidità u l-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-Unjoni għad-derivattivi ta’ komoditajiet, għall-kwoti tal-emissjonijiet jew għad-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet:

(a) 

ir-reġimi għal-limiti ta’ pożizzjoni u l-kontrolli tal-ġestjoni tal-pożizzjonijiet, abbażi tad-data pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 57(5) u (10);

(b) 

l-elementi msemmija fl-Artikolu 2(4), it-tieni u t-tielet subparagrafi, ta’ din id-Direttiva u l-kriterji biex jiġi stabbilit meta attività għandha titqies bħala anċillari għan-negozju ewlieni fil-livell tal-gruppi skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1833 ( 20 ), filwaqt li titqies il-kapaċità tal-persuni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (j), ta’ din id-Direttiva li jidħlu fi tranżazzjonijiet li jnaqqsu b’mod effettiv ir-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività ta’ finanzjament tat-teżor, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti mis-26 ta’ Ġunju 2026 għad-ditti tal-investiment speċjalizzati f’derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/2033 u r-rekwiżiti għall-kontropartijiet finanzjarji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(c) 

għat-tranżazzjonijiet fis-swieq għad-derivattivi ta’ komoditajiet jew għad-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet, l-elementi ewlenin biex tinkiseb data armonizzata, il-ġbir ta’ data dwar it-tranżazzjonijiet minn entità ta’ ġbir unika, u l-informazzjoni rilevanti dwar l-aktar format xieraq għad-data dwar it-tranżazzjonijiet li għandha ssir pubblika.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti:

— 
ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu sal-31 ta’ Lulju 2024, u
— 
ir-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c), ta’ dan il-paragrafu sal-31 ta’ Lulju 2025.

Dawk ir-rapporti għandhom, fejn xieraq, ikunu akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva li tikkonċerna bidliet immirati fir-regoli tas-suq għad-derivattivi ta’ komoditajiet, għall-kwoti tal-emissjonijiet jew għad-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

Artikolu 90 6.
Sal-5 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tivvaluta l-impatt tad-dispożizzjoni dwar in-nuqqas ta’ oġġezzjoni fl-Artikolu 33(7) fuq il-kompetizzjoni fost iċ-ċentri ta’ negozjar, b’mod partikolari s-swieq tal-SMEs li qed jespandu, u l-impatt tagħha fuq l-aċċess għall-kapital għall-SMEs.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.