|
+Artikolu 90 5. |
Artikolu 90 5.Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-ESMA, lill-EBA u lill-ACER, tissottometti rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fihom valutazzjoni komprensiva tas-swieq għad-derivattivi ta’ komoditajiet, għall-kwoti tal-emissjonijiet u għad-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet. Dawk ir-rapporti għandhom jivvalutaw mill-anqas għal kull wieħed mill-elementi li ġejjin il-kontribut tagħhom għal-likwidità u l-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-Unjoni għad-derivattivi ta’ komoditajiet, għall-kwoti tal-emissjonijiet jew għad-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet:
(a)
ir-reġimi għal-limiti ta’ pożizzjoni u l-kontrolli tal-ġestjoni tal-pożizzjonijiet, abbażi tad-data pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 57(5) u (10);
(b)
l-elementi msemmija fl-Artikolu 2(4), it-tieni u t-tielet subparagrafi, ta’ din id-Direttiva u l-kriterji biex jiġi stabbilit meta attività għandha titqies bħala anċillari għan-negozju ewlieni fil-livell tal-gruppi skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1833 ( 20 ), filwaqt li titqies il-kapaċità tal-persuni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (j), ta’ din id-Direttiva li jidħlu fi tranżazzjonijiet li jnaqqsu b’mod effettiv ir-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività ta’ finanzjament tat-teżor, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti mis-26 ta’ Ġunju 2026 għad-ditti tal-investiment speċjalizzati f’derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/2033 u r-rekwiżiti għall-kontropartijiet finanzjarji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(c)
għat-tranżazzjonijiet fis-swieq għad-derivattivi ta’ komoditajiet jew għad-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet, l-elementi ewlenin biex tinkiseb data armonizzata, il-ġbir ta’ data dwar it-tranżazzjonijiet minn entità ta’ ġbir unika, u l-informazzjoni rilevanti dwar l-aktar format xieraq għad-data dwar it-tranżazzjonijiet li għandha ssir pubblika. Il-Kummissjoni għandha tissottometti:
—
ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu sal-31 ta’ Lulju 2024, u
—
ir-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c), ta’ dan il-paragrafu sal-31 ta’ Lulju 2025.
Dawk ir-rapporti għandhom, fejn xieraq, ikunu akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva li tikkonċerna bidliet immirati fir-regoli tas-suq għad-derivattivi ta’ komoditajiet, għall-kwoti tal-emissjonijiet jew għad-derivattivi ta’ kwoti tal-emissjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|