+Artikolu 93 Traspożizzjoni
---+Artikolu 93 1.
---+Artikolu 93 2.
---+Artikolu 93 3.
---+Artikolu 93 3a.
|
Artikolu 93 Traspożizzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 93 1.
|
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-
►M3
3 ta' Lulju 2017 ◄ , il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-3 ta’ Jannar 2018. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu riferiment għal din id-Direttiva jew għandu jiġu akkumpanjati b’riferiment ta’ dan it-tip meta jiġu ppubblikati b’mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandu jsir it-tali riferiment. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-riferimenti fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttivi revokati minn din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala riferimenti għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandu jsir it-tali riferiment u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.
|
|
Artikolu 93 2.
|
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 92 mit-3 ta' Lulju 2015.
|
|
Artikolu 93 3.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-leġislazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 93 3a.
|
Sat-23 ta’ Marzu 2023, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw mal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) u għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-23 ta’ Marzu 2023. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li ma jistgħux jadottaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw mal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) sat-23 ta’ Marzu 2023, peress li l-proċeduri leġiżlattivi tagħhom jieħdu iktar minn disa’ xhur, għandhom jibbenefikaw minn estensjoni ta’ massimu ta’ sitt xhur li jiddekorru mit-23 ta’ Marzu 2023, dment li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bżonn li jagħmlu użu minn tali estensjoni sat-23 ta’ Marzu 2023.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|