|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“ditti tal-investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(2)
“servizzi u attivitajiet ta’investiment” tfisser servizzi ta’ investiment u attivitajiet definiti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(3)
“servizzi anċillari” tfisser is-servizzi anċillari kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(3) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(4)
“eżekuzzjoni tal-ordnijiet f’isem il-klijenti” tfisser eżekuzzjoni f’isem il-klijenti kif definit fl-Artikolu 4(1)(5) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(5)
“in-negozjar akkont tagħhom infushom” ifisser jitratta fuq kont tiegħu kif definit fl-Artikolu 4(1)(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(6)
“ġeneratur tas-suq” tfisser ġeneratur tas-suq kif definit fl-Artikolu 4(1)(7) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(7)
“klijent” tfisser klijent kif definit fl-Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(8)
“klijent professjonali” ifisser klijent professjonali kif definit fl-Artikolu 4(1)(10) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(8a)
“suq tal-SMEs li qed jespandi” tfisser suq tal-SMEs li qed jespandi kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (12) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(9)
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(10)
“operatur tas-suq” tfisser operatur tas-suq kif definit fl-Artikolu 4(1)(18) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(11)
“sistema multilaterali” tfisser kwalunkwe sistema jew faċilità li fiha interessi kummerċjali multipli ta’ xiri u bejgħ fl-istrumenti finanzjarji minn partijiet terzi jkunu jistgħu jinteraġixxu;
(12)
“internalizzatur sistematiku” ifisser internalizzatur sistematiku kif definit fl-Artikolu 4(1) u (20) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(13)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(1)(21) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(14)
“facilità multilaterali tan-negozjar” jew “MTF” tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fl-Artikolu 4 (1)(22) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(15)
“faċilità organizzata tan-negozjar” jew “OTF” tfisser faċilità organizzata tan-negozjar kif definit fl-Artikolu 4(1)(23) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(16)
“ċentru tan-negozjar” tfisser post tal-kummerċ kif definit fl-Artikolu 4(1)(24) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(16a)
“entità tal-pubblikazzjoni deżinjata” tfisser ditta tal-investiment responsabbli mill-pubblikazzjoni tat-tranżazzjonijiet permezz ta’ APA, f’konformità mal-Artikolu 20(1) u mal-Artikolu 21(1);
(17)
“suq likwidu” tfisser:
(a)
għall-finijiet tal-Artikoli 9, 11 u 11a:
(i)
fir-rigward tal-bonds, suq li fih ikun hemm xerrejja u bejjiegħa lesti u disposti fuq bażi kontinwa, fejn is-suq jiġi vvalutat skont id-daqs tal-ħruġ tal-bond;
(ii)
fir-rigward ta’ strument finanzjarju jew klassi ta’ strument finanzjarju għajr dawk imsemmija fil-punt (i), suq li fih ikun hemm xerrejja u bejjiegħa lesti u disposti fuq bażi kontinwa, fejn is-suq jiġi vvalutat f’konformità mal-kriterji li ġejjin, filwaqt li jitqiesu l-istrutturi speċifiċi tas-suq tal-istrument finanzjarju partikolari jew tal-klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarju:
—
il-frekwenza u d-daqs medji ta’ tranżazzjonijiet fuq firxa ta’ kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li jitqiesu n-natura u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti fi ħdan il-klassi ta’ strument finanzjarju,
—
in-numru u t-tip ta’ parteċipanti tas-suq, inkluż il-proporzjon ta’ parteċipanti fis-suq mal-istrumenti finanzjarji nnegozjati fi prodott partikolari,
—
id-daqs medju tal-firxiet, meta disponibbli,
—
id-daqs tal-ħruġ, meta xieraq;
(b)
għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 14, suq għal strument finanzjarju li jiġi nnegozjat kuljum, fejn is-suq jiġi vvalutat skont il-kriterji li ġejjin:
(i)
il-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ dak l-istrument finanzjarju;
(ii)
l-għadd medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet f’dak l-istrument finanzjarju;
(iii)
il-fatturat medju ta’ kuljum għal dak l-istrumenti finanzjarju;
(18)
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u, għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta, l-ESMA, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-mekkaniżmi ta’ rapportar approvati (ARMs, approved reporting mechanisms) u l-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati (APAs, approved publication arrangements) b’deroga skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;
(19)
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ( 3 );
(20)
“fergħa” tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(1)(30) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(21)
“rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib kif definiti fl-Artikolu 4(1)(35) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(22)
“korp maniġerjali” tfisser korp maniġerjali kif definit fl-Artikolu 4(1)(36) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(22a)
“maniġment superjuri” tfisser maniġment superjuri kif definita fil-punt (37) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(23)
“depożitu strutturat” tfisser depożitu strutturat kif definit fl-Artikolu 4(1)(43) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(24)
“titoli trasferibbli” tfisser titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(25)
“ċertifikati ta’ depożitu” tfisser l-irċevuti depożitarji kif definit fl-Artikolu 4(1)(45) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(26)
“fond innegozjat bi skambju” jew “ETF” tfisser fond innegozjat fil-boroż kif definit fl-Artikolu 4(1)(46) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(27)
“ċertifikati” tfisser dawk it-titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali u li fil-każ ta’ ħlas lura ta’ investiment mill-emittent huma kklassifikati fuq ishma iżda taħt strumenti tal-bonds mhux garantiti u strumenti simili oħra;
(28)
“prodotti strutturati ta’ finanzjar” tfisser dawk it-titoli maħluqa sabiex jittitolizzaw u jittrasferixxu r-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ pula ta’ assi finanzjarji li jintitolaw lid-detentur tat-titoli biex jirċievi ħlasijiet regolari li jiddependu fuq il-fluss tal-flus mill-assi sottostanti;
(29)
“derivati” tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-punt (44)(c) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, u msemmija fl-Anness I, Taqsima C (4) sa (10) tagħha;
(30)
“derivati ta’ komoditajiet” tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-punt (44)(c) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE relatati ma’ komodità jew sottostanti msemmija fit-Taqsima C(10) tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, jew fil-punti (5), (6), (7) u (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tagħha;
(31)
“CCP” tfisser CCP fis-sens tal-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(32)
“derivat negozjat fil-borża” tfisser derivat negozjat f’suq regolat jew f’suq ta’ pajjiż terz meqjus bħala ekwivalenti għal suq regolat b’konformità mal-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament, u li għaldaqstant ma jaqax fid-definizzjoni ta’ derivat OTC kif definit fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(32a)
“derivattiv OTC” tfisser derivattiv OTC kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 7, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(33)
“indikazzjoni azzjonabbli tal-interess” tfisser messaġġ minn membru jew parteċipant għal ieħor fi ħdan sistema ta’ negozjar fir-rigward ta’ interess ta’ negozjar disponibbli li fih l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex isir ftehim fuq negozjar;
(34)
“arranġament ta’ pubblikazzjoni approvat” jew “APA” tfisser persuna awtorizzata taħt dan ir-Regolament sabiex tipprovdi s-servizz ta’ pubblikazzjoni ta’ rapporti kummerċjali f’isem ditti ta’ investiment skont l-Artikoli 20 u 21;
(35)
“fornitur ta’ tape konsolidat” jew “CTP” tfisser persuna awtorizzata f’konformità mat-Titolu IVa, il-Kapitolu 1, ta’ dan ir-Regolament biex tipprovdi s-servizz tal-ġbir ta’ data mingħand ċentri ta’ negozjar u APAs, u tikkonsolida dik id-data f’xandir elettroniku kontinwu live tad-data li jipprovdi data ewlenija tas-suq u data regolatorja;
(36)
“mekkaniżmu ta’ rapportar approvat” jew “ARM” tfisser persuna awtorizzata taħt dan ir-Regolament sabiex tipprovdi s-servizz ta’ rapportar ta’ dettalji ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-ESMA f’isem ditti ta’ investiment;
(36a)
“fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta” tfisser persuna msemmija fil-punti (34) sa (36) u persuna msemmija fl-Artikolu 27b(2);
(36b)
“data ewlenija tas-suq” tfisser:
(a)
id-data kollha li ġejja dwar sehem jew ETF partikolari fi kwalunkwe kronogramma partikolari:
(i)
għal reġistri tal-ordnijiet kontinwi, l-aħjar talba u offerta Ewropea bil-volum korrispondenti;
(ii)
għas-sistemi ta’ negozjar b’irkant, il-prezz li bih l-algoritmu tan-negozjar ikun issodisfat l-aħjar u l-volum potenzjalment eżegwit b’dak il-prezz mill-parteċipanti f’dik is-sistema;
(iii)
il-prezz tat-tranżazzjoni u l-volum eżegwit b’dak il-prezz;
(iv)
għal tranżazzjonijiet, it-tip ta’ sistema ta’ negozjar u l-eżenzjonijiet u d-differimenti applikabbli;
(v)
għajr għall-informazzjoni msemmija fil-punti (i) u (ii), il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-suq li jidentifika b’mod uniku ċ-ċentru ta’ negozjar u, għal ċentri oħra ta’ eżekuzzjoni, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jidentifika t-tip ta’ċentru tal-eżekuzzjoni;
(vi)
l-identifikatur tal-istrument standardizzat li japplika fiċ-ċentri tal-eżekuzzjoni kollha;
(vii)
l-informazzjoni dwar il-kronogramma dwar li ġej, kif applikabbli:
—
l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni u kwalunkwe emenda għaliha,
—
id-dħul tal-aħjar talbiet u offerti fir-reġistru tal-ordnijiet,
—
l-indikazzjoni, f’sistema ta’ negozjar b’irkant, tal-prezzijiet jew tal-volumi,
—
il-pubblikazzjoni miċ-ċentri ta’ negozjar tal-elementi elenkati fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet inċiżi,
—
it-tixrid tad-data tas-suq ewlenija;
(b)
id-data kollha li ġejja dwar bond jew derivattiv OTC partikolari fi kwalunkwe kronogramma partikolari:
(i)
il-prezz tat-tranżazzjoni u l-kwantità jew id-daqs eżegwiti b’dak il-prezz;
(ii)
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-suq li jidentifika b’mod uniku ċ-ċentru ta’ negozjar u, għal ċentri ta’ eżekuzzjoni oħrajn, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jidentifika t-tip ta’ ċentru tal-eżekuzzjoni;
(iii)
għall-bonds, l-identifikatur tal-istrument standardizzat li japplika għaċ-ċentri tal-eżekuzzjoni kollha;
(iv)
għad-derivattivi OTC, id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 27(1), it-tieni subparagrafu;
(v)
l-informazzjoni dwar il-kronogramma dwar dan li ġej:
—
l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni u kwalunkwe emenda għaliha,
—
il-pubblikazzjoni tat-tranżazzjoni miċ-ċentri ta’ negozjar,
—
it-tixrid tad-data ewlenija tas-suq;
(vi)
it-tip ta’ sistema ta’ negozjar u l-eżenzjonijiet u d-differimenti applikabbli;
(36c)
“data regolatorja” tfisser data relatata mal-istatus tas-sistemi li jqabblu l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji u data relatata mal-istatus tan-negozjar ta’ strumenti finanzjarji individwali;
(37)
“Stat Membru tad-domiċilju” tfisser Stat Membru tad-domiċilju kif definit fl-Artikolu 4(1)(55) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(38)
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 4(1)(56) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(39)
“punt ta’ referenza” tfisser kwalunkwe rata, indiċi jew figura, disponibbli għall- pubbliku jew ippubblikati li huwa perjodikament jew regolarment determinata mill- applikazzjoni ta’ formula għal, jew fuq il- bażi tal-valur ta’ wieħed jew aktar sottostanti assi jew prezzijiet, inklużi prezzijiet stimati, rati attwali jew stmati ta’ imgħax jew valuri oħra, jew stħarriġ u li b’referenza għalihom tiġi determinata l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju.
(40)
“arranġament tal-interoperabilità” tfisser arranġament tal-interoperabilità kif definiti fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(41)
“istituzzjoni finanzjarja” pajjiż terz’ tfisser entità, l-uffiċċju prinċipali tagħhom hija stabbilita f’pajjiż terz, li hija awtorizzata jew liċenzjata taħt il- liġi ta’ dak il-pajjiż terz biex iwettaq kwalunkwe mis-servizzi jew l-attivitajiet elenkati fid-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva2014/65/UE, id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ( 7 );
(42)
“ditta ta’ pajjiż terz” tfisser ditta ta’ pajjiż terz kif definit fl -Artikolu 4(1)(57) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(43)
“prodott tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser prodotti tal-enerġija bl-ingrossa kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ( 8 );
(44)
“derivattivi tal-komoditajiet agrikoli” tfisser kuntratti derivattivi relatati ma’ prodotti elenkati fl-Artikolu 1 ta’, u l-Anness I, Partijiet I sa XX u XXIV/1, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );
(45)
“frammentazzjoni tal-likwidità” tfisser sitwazzjoni li fiha:
(a)
parteċipanti f’ċentru tan-negozju ma jkunux jistgħu jikkonkludu tranżazzjoni ma’ parteċipant wieħed jew iżjed f’dak iċ-ċentru minħabba n-nuqqas ta’ arranġamenti tal-ikklerjar li jkollhom aċċess għalihom il-parteċipant kollha; jew
(b)
membru tal-ikklerjar jew il-klijenti tiegħu jkunu mġiegħla jżommu l-pożizzjonijiet tagħhom fi strument finanzjarju f’iktar minn CCP waħda u dan ikun jillimita l-potenzjal għan-netting ta’ skoperturi finanzjarji
(46)
“dejn sovran” tfisser dejn sovran kif definit fl-Artikolu 4(1)(61) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(47)
“kompressjoni tal-portafoll” tfisser servizz ta’ tnaqqis ta’ riskju fejn żewġ kontopartijiet jew iktar jitterminaw totalment jew parzjalment uħud mid-derivati jew id-derivati kollha ppreżentati minn dawk il-kontropartijiet għal inklużjoni fil-kompressjoni tal-portafoll u jissostitwixxu d-derivati tterminati b’derivat ieħor li l-valur nozzjonali kkombinat tiegħu jkun inqas mill-valur nozzjonali kkombinat tad-derivati tterminati;
(48)
“skambju ma' prodott bażiku” tfisser tranżazzjoni f'kuntratt tad-derivattivi jew strument finanzjarju ieħor li tiddependi fuq l-eżekuzzjoni simultanja ta' kwantità ekwivalenti ta' ass fiżiku sottostanti;
(49)
“ordni f'pakkett” tfisser ordni pprezzata bħala unità waħda:
(a)
għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta' skambju ma' prodott bażiku; jew
(b)
f'żewġ strumenti finanzjarji jew aktar għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta' transazzjoni f'pakkett;
(50)
“transazzjoni f'pakkett” tfisser:
(a)
skambju ma' prodott bażiku; jew
(b)
transazzjoni li tinvolvi l-eżekuzzjoni ta' żewġ transazzjonijiet komponenti jew aktar fi strumenti finanzjarji u li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(i)
it-transazzjoni tiġi eżegwita bejn żewġ kontropartijiet jew aktar;
(ii)
kull komponent tat-transazzjoni ekonomika ġġorr riskju ekonomiku jew finanzjarju relatat mal-komponenti l-oħra kollha;
(iii)
l-eżekuzzjoni ta' kull komponent tkun simultanja u tiddependi mill-eżekuzzjoni tal-komponenti l-oħra kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|