+Artikolu 22a Trażmissjoni ta’ data lis-CTP
---+Artikolu 22a 1.
---+Artikolu 22a 2.
---+Artikolu 22a 3.
---+Artikolu 22a 4.
---+Artikolu 22a 5.
---+Artikolu 22a 6.
---+Artikolu 22a 7.
---+Artikolu 22a 8.
|
Artikolu 22a Trażmissjoni ta’ data lis-CTP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22a 1.
|
Iċ-ċentri ta’ negozjar u l-APAs (“kontributuri tad-data”) għandhom, fir-rigward tal-ishma, l-ETFs u l-bonds li huma nnegozjati f’ċentru ta’ negozjar, u fir-rigward tad-derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2), jittrażmettu liċ-ċentru tad-data tas-CTP, qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli, id-data regolatorja u d-data meħtieġa skont l-Artikolu 3(1), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, u skont l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 10(1) u l-Artikoli 20 u 21, u, fejn jiġu adottati standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 22b(3), il-punt (d), f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fih. Dik id-data għandha tiġi trażmessa f’format armonizzat, permezz ta’ protokoll ta’ trażmissjoni ta’ kwalità għolja.
|
|
Artikolu 22a 2.
|
Ditta tal-investiment li topera suq tal-SMEs li qed jespandi, jew operatur tas-suq, li l-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma tiegħu jirrappreżenta 1 % jew inqas tal-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma fl-Unjoni m’għandhiex tkun meħtieġa tittrażmetti d-data tagħha lis-CTP meta:
(a)
dik id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq ma jkunx parti minn grupp li jinkludi jew li jkollu rabtiet mill-qrib ma’ ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li l-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma tiegħu jirrappreżenta aktar minn 1 % tal-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma fl-Unjoni; jew
(b)
is-suq regolat jew is-suq tal-SMEs li qed jespandi operat minn dik id-ditta tal-investiment jew minn operatur tas-suq jirrappreżenta aktar minn 85 % tal-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma li jkunu ġew inizjalment ammessi għan-negozjar f’dak is-suq regolat jew fis-suq tal-SMEs li qed jespandi.
|
|
Artikolu 22a 3.
|
Minkejja l-paragrafu 2, ditta tal-investiment li topera suq tal-SMEs li qed jespandi, jew operatur tas-suq, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu jistgħu jiddeċiedu li jittrażmettu data lis-CTP f’konformità mal-paragrafu 1, dment li jinnotifikaw lill-ESMA u lis-CTP kif xieraq. Tali ditta tal-investiment jew operatur tas-suq għandhom jibdew jittrażmettu data lis-CTP fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika lill-ESMA.
|
|
Artikolu 22a 4.
|
L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha u żżomm aġġornata lista ta’ ditti tal-investiment li joperaw swieq tal-SMEs li qed jespandu u operaturi tas-suq li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, li tindika liema minnhom iddeċidew li japplikaw il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 22a 5.
|
Kull CTP għandu jagħżel, minn fost it-tipi ta’ protokolli ta’ trażmissjoni li l-kontributuri tad-data joffru lil utenti oħra, liema protokoll ta’ trażmissjoni li għandu jintuża għat-trażmissjoni diretta tad-data msemmija fil-paragrafu 1 liċ-ċentru tad-data tas-CTP.
|
|
Artikolu 22a 6.
|
Il-kontributuri tad-data m’għandhom jirċievu l-ebda remunerazzjoni għat-trażmissjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew tal-protokoll ta’ trażmissjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għajr id-dħul riċevut skont l-Artikolu 27h(5), (6) u (7).
|
|
Artikolu 22a 7.
|
Il-kontributuri tad-data għandhom, fejn applikabbli, japplikaw id-differimenti stabbiliti fl-Artikoli 7, 11 u 11a, l-Artikolu 20(2) u l-Artikolu 21(4) għad-data li għandha tiġi trażmessa lis-CTP.
|
|
Artikolu 22a 8.
|
Meta s-CTP jikkunsidra l-kwalità tad-data bħala insuffiċjenti, huwa għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-kontributur tad-data kif xieraq. L-awtorità kompetenti għandha twettaq il-miżuri meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 38g ta’ dan ir-Regolament u l-Artikoli 69 u 70 tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|