Artikolu 23a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(6), l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikoli 18(4) u 27(1), l-Artikolu 34, l-Artikoli 40(5), 42(5), 44(2), 45(6) u l-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
). Il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tad-ditta tal-investiment li magħha hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tad-ditta tal-investiment, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.