+Artikolu 22b Kwalità tad-Data
---+Artikolu 22b 1.
---+Artikolu 22b 2.
---+Artikolu 22b 3.
|
Artikolu 22b Kwalità tad-Data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22b 1.
|
Id-data trażmessa lis-CTP skont l-Artikolu 22a(1) u d-data mxerrda mis-CTP skont l-Artikolu 27h(1), il-punt (d), għandhom jikkonformaw mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 4(6), il-punt (a), l-Artikolu 7(2), il-punt (a), l-Artikolu 11(4), il-punt (a), u l-Artikolu 11a(3), il-punt (a), sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 3, il-punti (b) u (d), ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 22b 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti sad-29 ta’ Ġunju 2024 sabiex jipprovdi pariri dwar il-kwalità u s-sustanza tad-data u l-kwalità tal-protokoll ta’ trażmissjoni msemmi fl-Artikolu 22a(1). Il-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti u l-ESMA għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib. Il-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti għandu jippubblika l-pariri tiegħu. Il-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti għandu jkun magħmul minn membri b’firxa wiesgħa biżżejjed ta’ għarfien espert, ħiliet, għarfien u esperjenza biex jipprovdu pariri adegwati. Il-membri tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti għandhom jintagħżlu b’segwitu għal proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Fl-għażla tal-membri tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn jirriflettu d-diversità tal-parteċipanti fis-suq madwar l-Unjoni. Il-membri tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti għandhom jeleġġu President minn fost il-membri tiegħu, għal terminu ta’ sentejn. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti jagħmel dikjarazzjoni quddiemu u biex iwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tiegħu kull meta jintalab jagħmel dan.
|
|
Artikolu 22b 3.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kwalità tal-protokoll tat-trażmissjoni, miżuri biex jiġu indirizzati standards żbaljati ta’ infurzar u ta’ rapportar kummerċjali fir-rigward tal-kwalità tad-data, inklużi arranġamenti rigward il-kooperazzjoni bejn il-kontributuri tad-data u s-CTP, u, fejn meħtieġ, il-kwalità u s-sustanza tad-data għall-operar tat-tapes konsolidati. B’mod partikolari, l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw dan kollu li ġej:
(a)
ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-protokolli ta’ trażmissjoni msemmija fl-Artikolu 22a(1);
(b)
il-preżentazzjoni tad-data ewlenija tas-suq li trid tiġi mxerrda mis-CTP, f’konformità mal-istandards u l-prattiki prevalenti tal-industrija;
(c)
x’jikkostitwixxi t-trażmissjoni ta’ data qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli;
(d)
fejn meħtieġ, id-data meħtieġa li trid tiġi trażmessa lis-CTP sabiex huwa jkun operazzjonali, b’kunsiderazzjoni għall-parir tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont il-paragrafu 2, inklużi s-sustanza u l-format ta’ dik id-data, f’konformità mal-istandards u l-prattiki prevalenti tal-industrija.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESMA għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-parir mill- grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-iżviluppi internazzjonali u l-istandards miftiehma fil-livell tal-Unjoni jew f’dak internazzjonali. L-ESMA għandha tiżgura li l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tat-trasparenza stabbiliti fl-Artikoli 3, 6, 8, 8a, 8b, 10, 11, 11a, 14, 20, 21 u 27g. L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|