+Artikolu 23 Obbligu tan-negozjar għad-ditti tal-investiment
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
|
Artikolu 23 Obbligu tan-negozjar għad-ditti tal-investiment
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Ditta ta’ investiment għandha tiżgura li n-negozji li twettaq f’ishma li jkollhom Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), u li huma nnegozjati f’ċentru ta’ negozjar, isiru f’suq regolat, f’MTF, f’internalizzatur sistematiku jew f’ċentru ta’ negozjar ta’ pajjiż terz li jkun ivvalutat bħala ekwivalenti f’konformità mal-Artikolu 25(4), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/65/UE, kif xieraq, sakemm:
(a)
dawk l-ishma jiġu nnegozjati f’ċentru ta’ pajjiż terz f’munita lokali jew f’munita mhux taż-ŻEE; jew
(b)
dawk in-negozji jitwettqu bejn kontropartijiet eliġibbli, bejn kontropartijiet professjonali jew bejn kontropartijiet eliġibbli u professjonali u ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-identifikazzjoni tal-prezz
|
|
Artikolu 23 2.
|
Ditta tal-investiment li topera sistema interna ta’ tqabbil li tesegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti f’ishma, riċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra fuq bażi multilaterali għandha tassigura ruħha li tkun awtorizzata bħala MTF skont id-Direttiva 2014/65/UE u li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha marbuta ma’ dawn l-awtorizzazzjonijiet.
|
|
Artikolu 23 3.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-karatteristiċi partikulari ta’ dawk it-tranżazzjonijiet f’ishma li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis każijiet bħal:
(a)
negozjar f’likwidità mhux utilizzabbli; or
(b)
fejn l-iskambju ta’ tali strumenti finanzjarji huwa ddeterminat minn fatturi li mhumiex il-valutazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|