|
+Artikolu 26 7. |
Artikolu 26 7.Ir-rapporti għandhom isiru għand l-awtorità kompetenti jew mid-ditta tal-investiment stess, minn ARM li jaġixxi f’isimha jew miċ-ċentru tan-negozjar li permezz tas-sistema tiegħu tkun ġiet konkluża t-transazzjoni, skont il-paragrafi 1, 3 u 9. Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom ir-responsabilità għall-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti li jitressqu quddiem l-awtorità kompetenti’ B’deroga minn dik ir-responsabilità, meta ditta tal-investiment tirrapporta dettalji dwar dawk it-tranżazzjonijiet permezz ta’ ARM li jaġixxi f’isimha jew permezz ta’ ċentru tan-negozjar, id-ditta tal-investiment m’għandhiex tkun responsabbli għal nuqqasijiet għall-kompletezza, il-preċiżjoni jew il-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti li huma attribwibbli lill-ARM jew liċ-ċentru tan-negozjar. F’dawk il-każijiet, u suġġett għall-Artikolu 66(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-ARM jew iċ-ċentru tan-negozjar għandhom ikunu responsabbli għal dan in-nuqqasijiet. Id-ditti tal-investiment għandhom, madankollu, jieħdu passi raġonevoli biex jivverifikaw il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti ta’tranżazzjoni li jkunu tressqu f’isimhom. L-Istat Membru ta’ domiċilju għandu jeżigi li ċ-ċentru tan-negozjar, meta jagħmel rapporti f’isem id-ditta tal-investiment, ikollu fis-seħħ mekkaniżmi ta’ sigurtà tajbin imfasslin biex jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentikazzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, biex jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u aċċess mhux awtorizzat u biex jipprevjenu kxif ta’ informazzjoni filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dejta f’kull ħin. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li ċ-ċentru tan-negozjar iżżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta’ back-up b’mod li joffri u jżomm għaddejjin is-servizzi tuegħu f’kull ħin. Sistemi ta’ tqabbil tan-negozju jew ta’ rapportar, inklużi repożitorji tat-transazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti f’konformità mat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jistgħu jiġu approvati mill-awtorità kompetenti bħala ARM sabiex jiġu trażmessi rapporti tat-transazzjonijiet lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-paragrafi 1, 3 u 9. F’każijiet fejn it-tranżazzjonijiet ġew irrapportati f’repożitorju tan-negozjar skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li huwa approvat bħala ARM u fejn dawn ir-rapporti fihom id-dettalji meħtieġa skont il-paragrafi 1, 3 u 9 u huma trażmessi lill-awtorità kompetenti mir-repożitorju tan-negozjar fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-paragrafu 1, għandu jitqies li d-ditta tal-investiment tkun konformi mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1. Meta jkun hemm żbalji jew nonpubblikazzjonijiet fir-rapporti ta’ tranżazzjoni, l-ARM, id-ditta tal-investiment jew iċ-ċentru tan-negozjar li jirrapporta t-tranżazzjoni għandu jikkoreġi l-informazzjoni u jippreżenta rapport ikkoreġut lill-awtorità kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|