|
+Artikolu 27 4. |
Artikolu 27 4.L-ESMA tista’ tissospendi l-obbligi ta’ rapportar speċifikati fil-paragrafu 1 għal ċerti strumenti finanzjarji jew għall-istrumenti finanzjarji kollha fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
is-sospensjoni tkun neċessarja sabiex jiġu ppreservati l-integrità u l-kwalità tad-dejta ta’ referenza soġġetta għall-obbligu ta’ rapportar kif speċifikat fil-paragrafu 1 li jistgħu jitqiegħdu f’riskju minħabba kwalunkwe wieħed minn dan li ġej:
(i)
inkompletezza, impreċiżjoni jew korruzzjoni serji tad-dejta sottomessa, jew
(ii)
indisponibbiltà b’mod puntwali, interruzzjoni jew ħsara fil-funzjonament tas-sistemi użati għas-sottomissjoni, għall-ġbir, għall-ipproċessar jew għall-ħżin tad-dejta ta’ referenza rispettiva mill-ESMA, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mill-infrastrutturi tas-suq, mis-sistemi ta’ kklerjar u ta’ saldu, u mill-parteċipanti importanti fis-suq;
(b)
ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti tal-Unjoni li huma applikabbli ma jindirizzawx it-theddida;
(c)
is-sospensjoni ma jkollha l-ebda effett ta’ detriment fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni;
(d)
is-sospensjoni ma toħloq ebda arbitraġġ regolatorju. Meta tieħu l-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESMA għandha tqis kemm il-miżura tiżgura l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta rrapportata għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 2. Qabel ma tiddeċiedi jekk tiħux il-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu u li taħthom iċ-ċirkustanzi taħt liema s-suspensjoni msemmija f’dak is-subparagrafu ma tibqax tapplika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|