+Artikolu 27c L-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ d-dejta
---+Artikolu 27c 1.
---+Artikolu 27c 2.
---+Artikolu 27c 3.
---+Artikolu 27c 4.
|
Artikolu 27c L-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ d-dejta
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27c 1.
|
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandhom jiġu awtorizzati mill-ESMA, jew mill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għall-finijiet ta’ dan it-Titolu fejn:
(a)
il-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni; u
(b)
il-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan it-Titolu.
|
|
Artikolu 27c 2.
|
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika s-servizz tar-rapportar ta’ dejta li l-fornitur tas-servizzi tar-rapportar ta’ dejta jkun awtorizzat li jipprovdi. Fejn fornitur awtorizzat ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jfittex li jestendi l-kummerċ tiegħu għal servizzi addizzjonali ta’ rapportar ta’ dejta, huwa għandu jissottometti talba lill-ESMA, jew lill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għall-estensjoni ta’ dik l-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 27c 3.
|
Fornitur awtorizzat ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jikkonforma l-ħin kollu mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija f’dan it-Titolu. Fornitur awtorizzat ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-ESMA, jew lill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, bi kwalunkwe bidliet materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 27c 4.
|
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva u valida għat-territorju kollu tal-Unjoni, u għandha tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jipprovdi s-servizzi li għalihom kien awtorizzat, fl-Unjoni kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|