+Artikolu 27da Proċedura għall-għażla ta’ CTP uniku għal kull klassi ta’ assi
---+Artikolu 27da 1.
---+Artikolu 27da 2.
---+Artikolu 27da 3.
---+Artikolu 27da 4.
---+Artikolu 27da 5.
|
Artikolu 27da Proċedura għall-għażla ta’ CTP uniku għal kull klassi ta’ assi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27da 1.
|
Għal kull waħda mill-klassijiet ta’ assi li ġejjin, l-ESMA għandha torganizza proċedura tal-għażla separata għall-ħatra ta’ CTP uniku għal perjodu ta’ ħames snin:
(c)
Derivattivi OTC jew subklassijiet rilevanti ta’ derivattivi OTC.
L-ESMA għandha tibda l-ewwel proċedura tal-għażla skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), sad-29 ta’ Diċembru 2024. L-ESMA għandha tibda l-ewwel proċedura tal-għażla skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-proċedura tal-għażla skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a). L-ESMA għandha tibda l-ewwel proċedura tal-għażla skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu fi żmien tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 27(5) u mhux qabel sitt xhur mill-bidu tal-proċedura tal-għażla stabbilita fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu. L-ESMA għandha tibda proċeduri tal-għażla sussegwenti skont l-ewwel subparagrafu fil-mument opportun biex tippermetti li l-forniment tat-tape konsolidat jibqa’ għaddej mingħajr xkiel.
|
|
Artikolu 27da 2.
|
Għal kull waħda mill-klassijiet ta’ assi msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tagħżel l-applikant xieraq biex jopera t-tape konsolidat abbażi tal-kriterji li ġejjin:
(a)
il-kapaċità teknika tal-applikant li jipprovdi tape konsolidat reżiljenti madwar l-Unjoni;
(b)
il-kapaċità tal-applikant li jikkonforma mar-rekwiżiti organizzazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 27h;
(c)
il-kapaċità tal-applikant li jirċievi, jikkonsolida u jxerred, kif xieraq:
(i)
għall-ishma u l-ETFs, data ta’ qabel u wara n-negozjar;
(ii)
għall-bonds, data ta’ wara n-negozjar; u
(iii)
għad-derivattivi OTC, data ta’ wara n-negozjar;
(d)
l-adegwatezza tal-istruttura ta’ tmexxija tal-applikant;
(e)
il-veloċità li biha l-applikant jista’ jxerred id-data ewlenija tas-suq u d-data regolatorja;
(f)
l-adegwatezza tal-metodi u l-arranġamenti tal-applikant biex jiżgura l-kwalità tad-data;
(g)
in-nefqa totali meħtieġa mill-applikant sabiex jiżviluppa tape konsolidat u l-kostijiet tal-operar tat-tape konsolidat fuq bażi kontinwa;
(h)
il-livell tat-tariffi li l-applikant biħsiebu jimponi fuq it-tipi differenti ta’ utenti tat-tape konsolidat, is-sempliċità tal-mudelli tat-tariffi u ta’ liċenzjar tiegħu, u l-konformità mal-Artikolu 13;
(i)
għat-tape konsolidat għall-bonds, l-eżistenza ta’ arranġamenti għad-distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul f’konformità mal-Artikolu 27h(5);
(j)
l-użu ta’ teknoloġiji moderni ta’ interfaċċa mill-applikant għat-tixrid ta’ data ewlenija tas-suq u data regolatorja u għall-konnettività;
(k)
l-adegwatezza tal-arranġamenti implimentati mill-applikant biex jinżammu r-rekords f’konformità mal-Artikolu 27ha(3);
(l)
il-kapaċità li l-applikant jiżgura r-reżiljenza u l-kontinwità tan-negozju, u l-arranġamenti li l-applikant biħsiebu jimplimenta biex jimmitiga u jindirizza l-qtugħ u r-riskju ċibernetiku;
(m)
l-arranġamenti li l-applikant biħsiebu jimplimenta biex jimmitiga l-konsum tal-enerġija ġġenerat mill-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin tad-data;
(n)
meta applikazzjoni tiġi ppreżentata minn applikanti konġunti, il-ħtieġa, f’termini ta’ kapaċità teknika u loġistika, li kull wieħed mill-applikanti japplika b’mod konġunt.
|
|
Artikolu 27da 3.
|
L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha biex l-ESMA tkun tista’ tikkonferma li, fi żmien tal-applikazzjoni, l-applikant ikun implimenta l-arranġamenti meħtieġa kollha biex jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u biex jikkonforma mar-rekwiżiti organizzazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 27h.
|
|
Artikolu 27da 4.
|
Fi żmien sitt xhur mill-bidu ta’ kull proċedura tal-għażla msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tadotta deċiżjoni motivata li tagħżel l-applikant xieraq biex jopera t-tape konsolidat u tistiednu jippreżenta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.
|
|
Artikolu 27da 5.
|
Meta l-ebda applikant ma jkun intgħażel skont dan l-Artikolu jew ġie awtorizzat skont l-Artikolu 27db, l-ESMA għandha tibda proċedura tal-għażla ġdida fi żmien sitt xhur mit-tmiem tal-proċedura tal-għażla jew tal-awtorizzazzjoni li ma tkunx irnexxiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|