|
+Artikolu 27da 2. |
Artikolu 27da 2.Għal kull waħda mill-klassijiet ta’ assi msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tagħżel l-applikant xieraq biex jopera t-tape konsolidat abbażi tal-kriterji li ġejjin:
(a)
il-kapaċità teknika tal-applikant li jipprovdi tape konsolidat reżiljenti madwar l-Unjoni;
(b)
il-kapaċità tal-applikant li jikkonforma mar-rekwiżiti organizzazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 27h;
(c)
il-kapaċità tal-applikant li jirċievi, jikkonsolida u jxerred, kif xieraq:
(i)
għall-ishma u l-ETFs, data ta’ qabel u wara n-negozjar;
(ii)
għall-bonds, data ta’ wara n-negozjar; u
(iii)
għad-derivattivi OTC, data ta’ wara n-negozjar;
(d)
l-adegwatezza tal-istruttura ta’ tmexxija tal-applikant;
(e)
il-veloċità li biha l-applikant jista’ jxerred id-data ewlenija tas-suq u d-data regolatorja;
(f)
l-adegwatezza tal-metodi u l-arranġamenti tal-applikant biex jiżgura l-kwalità tad-data;
(g)
in-nefqa totali meħtieġa mill-applikant sabiex jiżviluppa tape konsolidat u l-kostijiet tal-operar tat-tape konsolidat fuq bażi kontinwa;
(h)
il-livell tat-tariffi li l-applikant biħsiebu jimponi fuq it-tipi differenti ta’ utenti tat-tape konsolidat, is-sempliċità tal-mudelli tat-tariffi u ta’ liċenzjar tiegħu, u l-konformità mal-Artikolu 13;
(i)
għat-tape konsolidat għall-bonds, l-eżistenza ta’ arranġamenti għad-distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul f’konformità mal-Artikolu 27h(5);
(j)
l-użu ta’ teknoloġiji moderni ta’ interfaċċa mill-applikant għat-tixrid ta’ data ewlenija tas-suq u data regolatorja u għall-konnettività;
(k)
l-adegwatezza tal-arranġamenti implimentati mill-applikant biex jinżammu r-rekords f’konformità mal-Artikolu 27ha(3);
(l)
il-kapaċità li l-applikant jiżgura r-reżiljenza u l-kontinwità tan-negozju, u l-arranġamenti li l-applikant biħsiebu jimplimenta biex jimmitiga u jindirizza l-qtugħ u r-riskju ċibernetiku;
(m)
l-arranġamenti li l-applikant biħsiebu jimplimenta biex jimmitiga l-konsum tal-enerġija ġġenerat mill-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin tad-data;
(n)
meta applikazzjoni tiġi ppreżentata minn applikanti konġunti, il-ħtieġa, f’termini ta’ kapaċità teknika u loġistika, li kull wieħed mill-applikanti japplika b’mod konġunt. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|