+Artikolu 27db Proċeduri għall-għoti u r-rifjut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tas-CTPs
---+Artikolu 27db 1.
---+Artikolu 27db 2.
---+Artikolu 27db 3.
---+Artikolu 27db 4.
---+Artikolu 27db 5.
---+Artikolu 27db 6.
---+Artikolu 27db 7.
---+Artikolu 27db 8.

Artikolu 27db Proċeduri għall-għoti u r-rifjut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tas-CTPs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27db 1.
L-applikant għall-awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 27da(4) għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha biex l-ESMA tkun tista’ tikkonferma li, fi żmien l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, l-applikant ikun implimenta l-arranġamenti meħtieġa kollha biex jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 27da(2).
Artikolu 27db 2.
L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni.

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi skadenza sa meta l-applikant għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Wara li tivvaluta li l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tkun kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant kif meħtieġ.

Artikolu 27db 3.
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni kompluta, l-ESMA għandha tivvaluta l-konformità tal-applikant ma’ dan it-Titolu. Hija għandha tadotta deċiżjoni motivata li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni u għandha tinnotifika lill-applikant kif meħtieġ fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data tal-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni motivata. Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom għandu jopera l-applikant.
Artikolu 27db 4.
Wara l-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 3, l-ESMA tista’ tagħti lill-applikant awtorizzat bħala CTP perjodu ta’ tranżizzjoni biex jimplimenta l-arranġamenti operazzjonali u tekniċi meħtieġa.
Artikolu 27db 5.
Is-CTP għandhom jikkonformaw f’kull ħin mar-rekwiżiti organizzazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 27h u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni motivata li tawtorizza s-CTP msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

CTP li ma jkunx għadu jista’ jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għandu jinforma lill-ESMA b’dan mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 27db 6.
L-irtirar tal-awtorizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 27e għandu jidħol fis-seħħ biss wara li jintgħażel u jiġi awtorizzat CTP ġdid għall-klassi ta’ assi kkonċernata f’konformità mal-Artikoli 27da u 27db.
Artikolu 27db 7.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina:

(a) 

l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1;

(b) 

l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fin-notifiki msemmija fl-Artikolu 27f(2) fir-rigward tas-CTPs.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 27db 8.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-informazzjoni li trid tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fin-notifiki msemmija fl-Artikolu 27f(2) fir-rigward tas-CTPs.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.