+Artikolu 27g Rekwiżiti organizzazzjonali għall-APAs
---+Artikolu 27g 1.
---+Artikolu 27g 2.
---+Artikolu 27g 3.
---+Artikolu 27g 4.
---+Artikolu 27g 4a.
---+Artikolu 27g 4b.
---+Artikolu 27g 5.
---+Artikolu 27g 6.
---+Artikolu 27g 8.

Artikolu 27g Rekwiżiti organizzazzjonali għall-APAs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27g 1.
APA għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jagħmel l-informazzjoni pubblika meħtieġa taħt l-Artikoli 20 u 21 mill-aktar qrib il-ħin reali li jkun teknikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġonevoli. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara li l-APA jkun ippubblikaha. L-APA għandu jxerred tali informazzjoni b’mod effiċjenti u konsistenti b’mod li jiżgura aċċess veloċi għall-informazzjoni, fuq bażi mhux diskriminatorja u f’format li jiffaċilita l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni b’dejta simili minn sorsi oħrajn.
Artikolu 27g 2.

L-informazzjoni ppubblikata minn APA f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tinkludi, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:

(a) 

l-identifikatur tal-istrument finanzjarju;

(b) 

il-prezz li bih ġiet konkluża t-tranżazzjoni;

(c) 

il-volum tat-tranżazzjoni;

(d) 

il-ħin tat-tranżazzjoni;

(e) 

il-ħin li fih kienet irrapportata t-tranżazzjoni;

(f) 

in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;

(g) 

il-kodiċi għaċ-ċentru ta’ negozjar li fih ġiet eżegwita t-tranżazzjoni jew, fejn it-tranżazzjoni tkun ġiet eżegwita permezz ta’ internalizzatur sistematiku, il-kodiċi “SI” jew inkella l-kodiċi “OTC”;

(h) 

jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.

Artikolu 27g 3.
APA għandu jopera u jżomm arranġamenti amministrattivi effettivi maħsuba biex jipprevjenu kunflitti ta’ interess mal-klijenti tiegħu. B’mod partikolari, APA li jkun ukoll operatur tas-suq jew ditta ta’ investiment għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b’mod mhux diskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti xierqa sabiex jissepara l-funzjonijiet kummerċjali differenti.
Artikolu 27g 4.
APA għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).
Artikolu 27g 4a.
APA għandu jkollu rekwiżiti oġġettivi, nondiskriminatorji u ddivulgati pubblikament biex impriżi li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 21(1) jiksbu aċċess għas-servizzi tiegħu.

APA għandu jiddivulga pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi ta’ rapportar ta’ data pprovduti skont dan ir-Regolament. Huwa għandu jiddivulga separatament il-prezzijiet u t-tariffi ta’ kull servizz ipprovdut, inklużi l-iskontijiet u r-rifużjonijiet u l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minnhom. Huwa għandu jippermetti lill-entitajiet ta’ rapportar jaċċessaw servizzi speċifiċi separatament.

Artikolu 27g 4b.
APA għandu jżomm r-rekords relatati man-negozju tiegħu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti jew tal-ESMA għal mill-inqas ħames snin.
Artikolu 27g 5.
L-APA għandu jkollu fis-seħħ sistemi li jkunu jistgħu jivverifikaw b’mod effettiv ir-rapporti kummerċjali għall-kompletezza, jidentifikaw ommissjonijiet u żbalji ovvji u jitolbu trażmissjoni mill-ġdid ta’ kwalunkwe tali rapport żbaljat.
Artikolu 27g 6.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw formati komuni, standards ta’ dejta u arranġamenti tekniċi li jiffaċilitaw il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 27g 8.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-mezzi li bihom APA jista’ jikkonforma mal-obbligu ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

il-kontenut tal-informazzjoni ppubblikata taħt il-paragrafu 1, inkluża, mill-inqas, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b’tali mod li tkun iffaċilitata l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mitluba taħt dan l-Artikolu;

▼M6

(c) 

ir-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti stipulati fil-paragrafi 3 u 5.

▼M3

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.