+Artikolu 27h Rekwiżiti organizzazzjonali għas-CTPs
---+Artikolu 27h 1.
---+Artikolu 27h 2.
---+Artikolu 27h 3.
---+Artikolu 27h 4.
---+Artikolu 27h 5.
---+Artikolu 27h 6.
---+Artikolu 27h 7.
---+Artikolu 27h 8.
|
Artikolu 27h Rekwiżiti organizzazzjonali għas-CTPs
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27h 1.
|
F’konformità mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 27db, CTP għandu:
(a)
jiġbor id-data kollha trażmessa mill-kontributuri tad-data b’rabta mal-klassi ta’ assi li għaliha tkun awtorizzata;
(b)
jiġbor tariffi mill-utenti, filwaqt li jipprovdi aċċess, mingħajr ħlas, għat-tape konsolidat lill-investituri tal-bejgħ bl-imnut, lill-akkademiċi, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet kompetenti;
(c)
fil-każ tat-tape konsolidat għall-ishma u l-ETFs, jiddistribwixxi mill-ġdid parti mid-dħul tiegħu f’konformità mal-paragrafu 6;
(d)
jxerred data ewlenija tas-suq u data regolatorja lill-utenti bħala xandir elettroniku kontinwu live tad-data b’termini nondiskriminatorji qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli;
(e)
jiżgura li d-data ewlenija tas-suq u d-data regolatorja tkun aċċessibbli faċilment, tkun tista’ tinqara mill-magni u tkun tista’ tintuża mill-utenti kollha, inklużi l-investituri tal-bejgħ bl-imnut;
(f)
ikollu stabbilit sistemi li b’mod effettiv ikunu jistgħu jiċċekkjaw il-kompletezza tad-data trażmessa mill-kontributuri tad-data, jidentifikaw żbalji ovvji, u jitolbu t-trażmissjoni mill-ġdid tad-data;
(g)
meta s-CTP ikun ikkontrollat minn grupp ta’ operaturi ekonomiċi, ikollu fis-seħħ sistema ta’ konformità biex jiżgura li l-operat tat-tape konsolidat ma jirriżultax f’distorsjoni tal-kompetizzjoni.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), CTP għall-ishma u l-ETFs m’għandux jippubblika l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-suq meta jxerred l-aħjar offerta u talba Ewropea lill-pubbliku kemm jista’ jkun teknikament possibbli qrib il-ħin reali.
|
|
Artikolu 27h 2.
|
CTP għandu jadotta, jippubblika fuq is-sit web u jaġġorna regolarment standards dwar il-livell ta’ servizz li jkopru dawn kollha li ġejjin:
(a)
inventarju tal-kontributuri tad-data li tiġi riċevuta d-data mingħandhom;
(b)
il-modalitajiet u l-veloċità tal-konsenja tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja lill-utenti;
(c)
il-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata l-kontinwità operazzjonali fil-forniment tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja.
|
|
Artikolu 27h 3.
|
CTP għandu jkollu stabbilit mekkaniżmi ta’ sigurtà sodi mfassla biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi ta’ trasferiment tad-data bejn il-kontributuri tad-data u s-CTP, kif ukoll bejn is-CTP u l-utenti, u biex jimminimizzaw ir-riskju ta’ korruzzjoni tad-data u ta’ aċċess mhux awtorizzat. Is-CTP għandu jżomm riżorsi adegwati u jkollu stabbiliti faċilitajiet ta’ backup biex joffri u jżomm is-servizzi tiegħu f’kull ħin.
|
|
Artikolu 27h 4.
|
Għal kull waħda mill-klassijiet ta’ assi msemmija fl-Artikolu 27da (1), CTP għandu jippubblika lista tal-istrumenti finanzjarji li huma koperti mit-tape konsolidat, filwaqt li jindika d-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni tagħhom. Is- CTP għandu joffri aċċess, mingħajr ħlas, għal-lista tiegħu, u għandu jiżgura li l-lista tiġi rieżaminata u aġġornata regolarment, biex tiġi offruta stampa komprensiva tal-istrumenti finanzjarji kollha koperti mit-tape konsolidat.
|
|
Artikolu 27h 5.
|
CTP għal strumenti finanzjarji għajr ishma u ETFs jista’ jiddistribwixxi mill-ġdid parti mid-dħul iġġenerat mit-tape konsolidat lill-kontributuri tad-data.
|
|
Artikolu 27h 6.
|
CTP għall-ishma u l-ETFs għandu jiddistribwixxi mill-ġdid parti mid-dħul iġġenerat mit-tape konsolidat, kif indikat fid-deċiżjoni motivata msemmija fl-Artikolu 27db(3), lill-kontributuri tad-data li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin (l-“iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul”):
(a)
il-kontributur tad-data jkun suq regolat jew suq tal-SMEs li qed jespandi li l-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma tiegħu jirrappreżenta 1 % jew inqas tal-volum ta’ negozjar annwali tal-ishma fl-Unjoni (“ċentru ta’ negozjar żgħir”);
(b)
il-kontributur tad-data huwa ċentru ta’ negozjar li pprovda ammissjoni inizjali għan-negozjar ta’ ishma jew ETFs fis-27 ta’ Marzu 2019.
(c)
id-data tiġi trażmessa minn ċentru ta’ negozjar u tappartjeni għal tranżazzjonijiet f’ishma u f’ETFs li jkunu ġew konklużi fuq sistema ta’ negozjar li tipprovdi trasparenza ta’ qabel in-negozjar, meta dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux irriżultaw minn ordnijiet li kienu soġġetti għal eżenzjoni mit-trasparenza ta’ qabel in-negozjar skont l-Artikolu 4(1), il-punt (c).
|
|
Artikolu 27h 7.
|
Għall-finijiet tal-iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul, is-CTP għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-volum ta’ negozjar li ġej (il-“volum ta’ negozjar rilevanti”):
(a)
għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-punt (a), il-volum ta’ negozjar annwali totali ġġenerat minn dak iċ-ċentru ta’ negozjar;
(b)
għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-punt (b):
(i)
fil-każ ta’ ċentri ta’ negozjar żgħar, il-volum ta’ negozjar annwali totali tagħhom;
(ii)
fil-każ ta’ ċentri ta’ negozjar għajr ċentri ta’ negozjar żgħar, il-volum ta’ negozjar li jappartjeni għall-ishma u l-ETFs imsemmija f’dak il-punt;
(c)
għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-punt (c), il-volum li jappartjeni għall-ishma u l-ETFs imsemmija f’dak il-punt.
Is-CTP għandu jiddetermina l-ammont tad-dħul li għandu jiġi distribwit mill-ġdid lill-kontributuri tad-data taħt l-iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul billi jiġi mmultiplikat il-volum ta’ negozjar rilevanti bil-ponderazzjoni assenjata għal kull kriterju stabbilit fil-paragrafu 6, kif speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 8. Jekk iċ-ċentri ta’ negozjar jissodisfaw aktar minn wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 6, l-ammonti li jirriżultaw mill-kalkolu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiżdiedu b’mod kumulattiv.
|
|
Artikolu 27h 8.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex:
(a)
tispeċifika l-ponderazzjoni assenjata lil kull kriterju stabbilit fil-paragrafu 6;
(b)
tispeċifika aktar il-metodu għall-kalkolu tal-ammont tad-dħul li għandu jiġi distribwit mill-ġdid lill-kontributuri tad-data kif imsemmi fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu;
(c)
tispeċifika l-kriterji li taħthom is-CTP jista’, jekk jagħti prova li kontributur tad-data kiser serjament u ripetutament ir-rekwiżiti tad-data msemmija fl-Artikoli 22a, 22b u 22c, jissospendi temporanjament il-parteċipazzjoni ta’ dak il-kontributur tad-data fl-iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul, u jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom is-CTP għandu:
(i)
jerġa’ jibda d-distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul; u
(ii)
fejn ma kienx hemm ksur ta’ dawk ir-rekwiżiti, jipprovdi lil dak il-kontributur tad-data bid-dħul miżmum flimkien mal-imgħax.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, il-kriterju stabbilit fil-paragrafu 6, il-punt (a), għandu jkollu ponderazzjoni ogħla mill-kriterju stabbilit fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu, u l-kriterju stabbilit fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu għandu jkollu ponderazzjoni ogħla mill-kriterju stabbilit fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu. L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|