|
+Artikolu 27h 7. |
Artikolu 27h 7.Għall-finijiet tal-iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul, is-CTP għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-volum ta’ negozjar li ġej (il-“volum ta’ negozjar rilevanti”):
(a)
għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-punt (a), il-volum ta’ negozjar annwali totali ġġenerat minn dak iċ-ċentru ta’ negozjar;
(b)
għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-punt (b):
(i)
fil-każ ta’ ċentri ta’ negozjar żgħar, il-volum ta’ negozjar annwali totali tagħhom;
(ii)
fil-każ ta’ ċentri ta’ negozjar għajr ċentri ta’ negozjar żgħar, il-volum ta’ negozjar li jappartjeni għall-ishma u l-ETFs imsemmija f’dak il-punt;
(c)
għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-punt (c), il-volum li jappartjeni għall-ishma u l-ETFs imsemmija f’dak il-punt. Is-CTP għandu jiddetermina l-ammont tad-dħul li għandu jiġi distribwit mill-ġdid lill-kontributuri tad-data taħt l-iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul billi jiġi mmultiplikat il-volum ta’ negozjar rilevanti bil-ponderazzjoni assenjata għal kull kriterju stabbilit fil-paragrafu 6, kif speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 8. Jekk iċ-ċentri ta’ negozjar jissodisfaw aktar minn wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 6, l-ammonti li jirriżultaw mill-kalkolu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiżdiedu b’mod kumulattiv. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|