|
+Artikolu 32a 1. |
Artikolu 32a 1.Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tissospendi l-obbligu ta’ negozjar stabbilit fl-Artikolu 28 (l-“obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi”) fir-rigward ta’ ċerti kontropartijiet finanzjarji, fejn xieraq wara li tkun ikkonsultat mal-ESMA. L-awtorità kompetenti għandha tindika għaliex tqis li l-kundizzjonijiet għal sospensjoni huma ssodisfati. B’mod partikolari, l-awtorità kompetenti għandha turi li kontroparti finanzjarja fil-ġurisdizzjoni tagħha:
(a)
taġixxi regolarment bħala ġeneratur tas-suq f’derivattiv OTC soġġett għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi u tirċievi regolarment talbiet għal kwotazzjoni għad-derivattivi li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi minn kontroparti mhux taż-ŻEE li ma jkollha l-ebda sħubija attiva f’ċentru ta’ negozjar taż-ŻEE li joffri negozjar tad-derivattiv OTC soġġett għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi; jew
(b)
taġixxi regolarment bħala ġeneratur tas-suq fi swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu li jkun soġġett għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi u:
(i)
ikollha l-intenzjoni li tinnegozja swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi akkont proprju f’ċentru ta’ negozjar miftuħ biss għal kontropartijiet li huma membri tal-ikklerjar tas-CCP kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (14), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ċentru “negozjant għal negozjant”);
(ii)
ikollha l-intenzjoni li tinnegozja swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi akkont proprju ma’ kontroparti li tkun ġeneratur tas-suq u li ma jkollha l-ebda sħubija attiva f’ċentru taż-ŻEE minn negozjant għal negozjant li joffri negozjar tad-derivattivi OTC soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar tad-derivattivi; u
(iii)
tikklerja dawk l-iswaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu f’CCP awtorizzat jew rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|