Qabel it-
►M1
3 ta' Marzu 2020
◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fil-prattika tal-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti skont l-Artikoli 3 sa 13, b’mod partikolari dwar l-impatt tal-mekkaniżmu ta’ limitu tal-volum deskritt fl-Artikolu 5, fosthom fuq il-kost tan-negozjar għal kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali u fuq in-negozjar ta’ ishma ta’ kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja, u l-effikaċja tiegħu fl-iżgurar li l-użu tal-eżenzjonijiet relevanti ma jkunx ta’ ħsara għall-formazzjoni tal-prezzijiet u dwar kif jaf jopera kwalunkwe mekkaniżmu għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur tal-limitu tal-volum, u dwar l-applikazzjoni u l-adegwatezza kontinwata tal-eżenzjonijiet għall-obbligi ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar stabbiliti skont l-Artikolu 4(2) u (3) u l-Artikolu 9(2) sa (5).