+Artikolu 52 Rapporti u analiżi
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.
---+Artikolu 52 5.
---+Artikolu 52 6.
---+Artikolu 52 7.
---+Artikolu 52 8.
---+Artikolu 52 9.
---+Artikolu 52 10.
---+Artikolu 52 14.
---+Artikolu 52 14a.
---+Artikolu 52 14b.
---+Artikolu 52 14c.
---+Artikolu 52 15.
|
Artikolu 52 Rapporti u analiżi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 52 1.
|
Qabel it-
►M1
3 ta' Marzu 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fil-prattika tal-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti skont l-Artikoli 3 sa 13, b’mod partikolari dwar l-impatt tal-mekkaniżmu ta’ limitu tal-volum deskritt fl-Artikolu 5, fosthom fuq il-kost tan-negozjar għal kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali u fuq in-negozjar ta’ ishma ta’ kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja, u l-effikaċja tiegħu fl-iżgurar li l-użu tal-eżenzjonijiet relevanti ma jkunx ta’ ħsara għall-formazzjoni tal-prezzijiet u dwar kif jaf jopera kwalunkwe mekkaniżmu għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur tal-limitu tal-volum, u dwar l-applikazzjoni u l-adegwatezza kontinwata tal-eżenzjonijiet għall-obbligi ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar stabbiliti skont l-Artikolu 4(2) u (3) u l-Artikolu 9(2) sa (5).
|
|
Artikolu 52 2.
|
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 hawn fuq għandu jinkludi l-impatt fuq is-swieq Ewropej tal-ekwità tal-użu tal-eżenzjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) u (b)(i) u tal-użu tal-mekkaniżmu ta’ limitu tal-volum skont l-Artikolu 5, b’referenza partikolari:
(a)
għal-livell u t-tendenza tan-negozjar tar-reġistru tal-ordnijiet “non-lit” fl-Unjoni Ewropea wara l-introduzzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(b)
għall-impatt tal-firxiet kwotati trasparenti qabel il-kummerċ;
(c)
għall-impatt fuq id-daqs tal-likwidità ta’ reġistri tal-ordnijiet “lit”;
(d)
għall-impatt fuq il-kompetizzjoni u fuq l-investituri fl-Unjoni;
(e)
għall-impatt fuq in-negozjar ta’ ishma ta’ kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja;
(f)
żvilupppi fil-livell internazzjonali u ta’ diskussjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.
|
|
Artikolu 52 3.
|
Jekk ir-rapport jikkonkludi li l-użu tal-eżenzjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) u (b)(i) huwa ta’ ħsara għall-formazzjoni tal-prezzijiet jew għan-negozjar ta’ ishma ta’ kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja, il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, tagħmel proposti, inklużi emendi għal dan ir-Regolament, rigward l-użu ta’ dawn l-eżenzjonijiet. Tali proposti għandhom jinkludu valutazzjoni tal-impatt tal-emendi proposti, u għandhom iqisu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u l-effetti fuq it-tfixkil tas-suq u l-kompetizzjoni, u l-impatti potenzjali fuq l-investituri fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 52 4.
|
Sat-
►M1
3 ta' Marzu 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-Artikolu 26, inkluż jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti jippermettux b’mod komprensiv li jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 26(1). Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kwalunkwe proposta xierqa, inkluż metodu sabiex it-tranżazzjonijiet jiġu rrapportati f’sistema magħżula mill-ESMA minflok għand l-awtoritajiet kompetenti, li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti relevanti jaċċessaw l-informazzjoni kollha rapportata skont dan l-Artikolu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2014/65/UE u għad-detezzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata ta’ abbuż tas-suq b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 596/2014.
|
|
Artikolu 52 5.
|
Sat-
►M1
3 ta' Marzu 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar soluzzjonijiet xierqa biex jitnaqqsu l-asimmetriji ta’ informazzjoni bejn il-parteċipanti tas-suq kif ukoll dwar għodod biex ir-regolaturi jimmonitorjaw aħjar l-attivitajiet ta’ kwotazzjoni fiċ-ċentri tan-negozjar. Dak ir-rapport għandu tal-anqas jivvaluta l-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ sistema Ewropea tal-aħjar offerta għal kwotazzjonijiet konsolidati biex jiġu sodisfatti dawn l-objettivi.
|
|
Artikolu 52 6.
|
Sat-
►M1
3 ta' Marzu 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress biex in-negozjar fid-derivati OTC standardizzati jibda jsir fil-boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar skont l-Artikoli 25 u 28.
|
|
Artikolu 52 7.
|
Sat-
►M1
3 ta' Lulju 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp fil-prezzijiet għal dejta ta’ trasparenza ta’ qabel u wara l-kummerċ minn swieq regolati, MTFs, OTFs u CTPs.
|
|
Artikolu 52 8.
|
Sat-
►M1
3 ta' Lulju 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jirrieżamina d-dispożizzjonijiet ta’ interoperabilità fl-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|
|
Artikolu 52 9.
|
Sat-
►M1
3 ta' Lulju 2020 ◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 35 u 36 ta’ dan ir-Regolament u tal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Sat-
►M1
3 ta' Lulju 2022 ◄ il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37.
|
|
Artikolu 52 10.
|
Sat-
►M1
3 ta' Lulju 2020 ◄ il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt tal-Artikoli 35 u 36 ta’ dan ir-Regolament fuq CCPs li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti u awtorizzati kif imsemmija fl-Artikolu 35(5) u fuq ċentri tan-negozjar konnessi ma’ dawk is-CCPs b’rabtiet sodi u jekk l-arranġament tranżizzjonali previst fl-Artikolu 35(5) għandux jiġi estiż, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji possibbli għall-konsumaturi tat-titjib tal-kompetizzjoni u l-livell ta’ għażla disponibbli għall-parteċipanti tas-suq mqabbla mal-effett sproporzjonat possibbli ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fuq CCPs li għadhom kemm ġew stabbiliti u awtorizzati u l-limitazzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq lokali fir-rigward tal-aċċess għal CCPs globali u l-funzjonament bla intoppi tas-suq. Skont il-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat b’konformità mal-Artikolu 50 biex testendi l-perjodu tranżizzjonali b’konformità mal-Artikolu 35(5) b’massimu ta’ 30 xahar.
|
|
Artikolu 52 14.
|
Sat-30 ta’ Ġunju 2026, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont l-Artikolu 22b(2), għandha tivvaluta d-domanda tas-suq għat-tape konsolidat għall-ishma u l-ETFs, l-impatt ta’ dak it-tape konsolidat fuq il-funzjonament, l-attraenza u l-kompetittività internazzjonali tas-swieq u d-ditti tal-Unjoni, u jekk it-tape konsolidat laħaqx l-għan tiegħu li jnaqqas l-asimmetriji fl-informazzjoni bejn il-parteċipanti fis-suq u li jagħmel lill-Unjoni post aktar attraenti għall-investiment. L-ESMA għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza taż-żieda ta’ karatteristiċi addizzjonali mat-tape konsolidat, bħat-tixrid tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-suq għad-data ta’ qabel in-negozjar. Fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 52 14a.
|
Tliet snin wara l-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tape konsolidat, wara li tkun ikkonsultat mal-ESMA u mal-grupp tal-partijiet ikkonċernati esperti stabbilit skont l-Artikolu 22b, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan li ġej:
(a)
il-klassijiet ta’ assi koperti minn tape konsolidat;
(b)
il-puntwalità u l-kwalità tad-data trażmessa lis-CTP;
(c)
il-puntwalità tat-tixrid, u l-kwalità, tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja;
(d)
ir-rwol tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja fit-tnaqqis tad-defiċit fl-implimentazzjoni;
(e)
in-numru ta’ utenti tat-tape konsolidat għal kull klassi ta’ assi;
(f)
l-effett tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja fuq ir-rimedju ta’ asimetriji ta’ informazzjoni bejn diversi parteċipanti fis-suq kapitali;
(g)
l-adegwatezza tal-protokolli tat-trażmissjoni użati għat-trażmissjoni tad-data lis-CTP;
(h)
l-adegwatezza u l-funzjonament tal-iskema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontributuri tad-data li huma ċentri ta’ negozjar żgħar;
(i)
l-effetti tad-data ewlenija tas-suq u tad-data regolatorja fuq l-investimenti fl-SMEs.
|
|
Artikolu 52 14b.
|
Sad-29 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, tivvaluta l-possibbiltà li testendi r-rekwiżiti tal-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament għall-AIFMs kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (b) tad-Direttiva 2011/61/UE, u għall-kumpaniji maniġerjali, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (b) tad-Direttiva 2009/65/KE, li jipprovdu servizzi u attivitajiet ta’ investiment u li jeżegwixxu tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji. B’mod partikolari, f’dik il-valutazzjoni l-Kummissjoni għandha tinkludi analiżi kost-benefiċċji u evalwazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali estensjoni. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni u filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet tal-unjoni tas-swieq kapitali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità l-Artikolu 50 biex temenda dan ir-Regolament billi testendi r-rekwiżiti tal-Artikolu 26 f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 52 14c.
|
Sad-29 ta’ Marzu 2028, l-ESMA għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport li jivvaluta l-adegwatezza tal-limitazzjoni tal-volum stabbilit fl-Artikolu 5(1) u l-ħtieġa li titneħħa jew tiġi estiża għal sistemi ta’ negozjar jew ċentri ta’ eżekuzzjoni oħra li jiksbu l-prezzijiet tagħhom minn prezz referenzjarju, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aħjar prattiki internazzjonali, il-kompetittività tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, u l-effetti ta’ dik il-limitazzjoni tal-volum fuq in-negozjar ġust u ordinat fis-swieq, u fuq l-effiċjenza tal-formazzjoni tal-prezzijiet.
|
|
Artikolu 52 15.
|
►M8
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika miżuri sabiex: ◄
▼M8
(e)
ikun żgurat li d-data ewlenija tas-suq u d-data regolatorja jiġu pprovduti fuq bażi kummerċjali raġonevoli u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti ta’ dik id-data madwar l-Unjoni;
▼M8 —————
▼M8
(g)
ikunu speċifikati l-arranġamenti applikabbli meta s-CTP ma jibqax jissodisfa l-kriterji tal-għażla;
(h)
ikunu speċifikati l-arranġamenti li skonthom CTP jista’ jkompli jopera tape konsolidat dment li l-ebda entità ġdida ma tkun awtorizzata permezz tal-proċedura tal-għażla.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|