Sat-
►M1
3 ta' Marzu 2020
◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-Artikolu 26, inkluż jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti jippermettux b’mod komprensiv li jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 26(1). Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kwalunkwe proposta xierqa, inkluż metodu sabiex it-tranżazzjonijiet jiġu rrapportati f’sistema magħżula mill-ESMA minflok għand l-awtoritajiet kompetenti, li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti relevanti jaċċessaw l-informazzjoni kollha rapportata skont dan l-Artikolu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2014/65/UE u għad-detezzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata ta’ abbuż tas-suq b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 596/2014.