Sat-
►M1
3 ta' Marzu 2020
◄ , il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar soluzzjonijiet xierqa biex jitnaqqsu l-asimmetriji ta’ informazzjoni bejn il-parteċipanti tas-suq kif ukoll dwar għodod biex ir-regolaturi jimmonitorjaw aħjar l-attivitajiet ta’ kwotazzjoni fiċ-ċentri tan-negozjar. Dak ir-rapport għandu tal-anqas jivvaluta l-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ sistema Ewropea tal-aħjar offerta għal kwotazzjonijiet konsolidati biex jiġu sodisfatti dawn l-objettivi.