+Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 8

Derivattivi skont Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

(L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Minbarra kuntratti derivattivi msemmija espressament fit-Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratt derivattiv ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet f'dik it-Taqsima meta jissodisfa l-kriterji stabbiliti f'dik it-Taqsima u fl-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament u jkun relatat ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-bandwidth tat-telekomunikazzjonijiet;

(b) 

il-kapaċità għall-ħażna tal-komoditajiet;

(c) 

il-kapaċità tat-trażmissjoni jew tat-trasport relatata mal-komoditajiet sew jekk kabil, pajplajn jew mezzi oħra bl-eċċezzjoni ta' drittijiet ta' trażmissjoni relatati ma' kapaċitajiet transżonali ta' trażmissjoni tal-elettriku meta wieħed jidħol għalihom, fis-suq primarju ma' jew minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew kwalunkwe persuna li taġixxi bħala fornitur ta' servizz f'isimhom u sabiex tiġi allokata l-kapaċità tat-trażmissjoni;

(d) 

allowance, kreditu, permess, dritt jew ass simili li huwa marbut direttament mal-provvista, id-distribuzzjoni jew il-konsum ta' enerġija derivata minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, minbarra fejn il-kuntratt ikun diġà fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tat-taqsima (C) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

(e) 

varjant ġeoloġiku, ambjentali jew fiżiku ieħor, minbarra jekk il-kuntratt huwa relatat ma' kwalunkwe unità rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );

(f) 

kwalunkwe ass jew dritt ieħor ta' natura funġibbli, għajr dritt li jiġi riċevut servizz, li jista' jiġi ttrasferit;

(g) 

indiċi jew miżura relatata mal-prezz jew mal-valur ta', jew mal-volum ta' tranżazzjonijiet fi kwalunkwe ass, dritt, servizz jew obbligu.

(h) 

indiċi jew miżura bbażata fuq statistika attwarjali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.