+Artikolu 21
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
|
Artikolu 21
Rekwiżiti organizzazzjonali ġenerali (L-Artikolu 16(2) sa (10) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzazzjonali li ġejjin:
(a)
li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet u struttura organizzazzjonali li b'mod ċar u f'forma dokumentata tispeċifika linji ta' rappurtaġġ u talloka funzjonijiet u responsabbiltajiet;
(b)
li jiżguraw li l-persuni rilevanti tagħhom huma konxji mill-proċeduri li għandhom ikunu segwiti biex jeżegwixxu tajjeb ir-responsabbiltajiet tagħhom;
(c)
li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu mekkaniżmi ta' kontroll interni adegwati maħsuba biex jiżguraw konformità mad-deċiżjonijiet u mal-proċeduri fil-livelli kollha tad-ditta tal-investiment;
(d)
li jimpjegaw persunal bil-kapaċitajiet, bit-tagħrif u bil-kompetenza neċessarja biex jeżegwixxi r-responsabbiltajiet delegati lilhom;
(e)
li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu rappurtaġġ intern u komunikazzjoni ta' informazzjoni effettivi fil-livelli rilevanti kollha tad-ditta tal-investiment;
(f)
li jżommu rekords adegwati u fl-ordni tan-negozju u l-organizzazzjoni interna tagħhom.
(g)
li jiżguraw li l-fatt li jitwettqu funzjonijiet multipli mill-persuni rilevanti tagħhom ma jkunx tali li jista' jipprevjeni lil dawk il-persuni milli jeżegwixxu xi funzjoni partikolari b'mod tajjeb, onest, u professjonali.
Id-ditti tal-investiment għandhom iqisu r-riskji għas-sostenibbiltà meta jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu. Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tad-ditta, u n-natura u l-firxa ta’ servizzi u attivitajiet tal-investiment li jidħlu għalihom matul dak in-negozju.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu sistemi u proċeduri li jkunu adegwati għall-ħarsien tas-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, filwaqt li jqisu n-natura tal-informazzjoni inkwistjoni.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika ta' kontinwità kummerċjali adegwata li timmira li tiżgura, fil-każ ta' interruzzjoni fis-sistemi u fil-proċeduri tagħhom, il-preżervazzjoni ta' data u funzjonijiet essenzjali, u ż-żamma ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment, jew, meta dak ma jkunx possibbli, l-irkupru f'waqtu ta' din id-data u l-funzjonijiet u jerġgħu jibdew jipprovdu malajr is-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment tagħhom.
|
|
Artikolu 21 4.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri ta' kontabilità li jippermettulhom, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti f'ħin f'waqtu rapporti finanzjarji li jirriflettu ħarsa reali u ġusta lejn il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom u li jikkonformaw mal-istandards u mar-regoli ta' kontabilità applikabbli.
|
|
Artikolu 21 5.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jimmonitorjaw u, fuq bażi regolari, jevalwaw l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, il-mekkaniżmi tal-kontrolli interni u l-arranġamenti stabbiliti tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 4, u li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|