|
+Artikolu 34 3. |
Artikolu 34 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-miżuri previsti fil-paragrafu 2(b) huma maħsuba biex jiżguraw li persuni rilevanti involuti f'attivitajiet kummerċjali differenti li jinvolvu kunflitt ta' interess tat-tip speċifikat fil-paragrafu 2(a) jwettqu dawk l-attivitajiet f'livell ta' indipendenza adattat għad-daqs u għall-attivitajiet tad-ditta tal-investiment u tal-grupp li tappartjeni għalih, u għall-materjalità tar-riskju ta' ħsara għall-interessi tal-klijent. Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati għandhom jinkludu tal-inqas dawk il-punti minn dawn li ġejjin li huma neċessarji biex id-ditta tiżgura l-grad rekwiżit ta' indipendenza:
(a)
proċeduri effettivi biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn persuni rilevanti involuti f'attivitajiet li jinvolvu riskju ta' kunflitt tal-interessi meta l-iskambju ta' dik l-informazzjoni jista' jkun ta' ħsara għall-interessi ta' klijent wieħed jew iżjed;
(b)
is-sorveljanza separata ta' persuni rilevanti li l-funzjonijiet prinċipali tagħhom jinvolvu t-twettiq ta' attivitajiet għan-nom ta', jew il-forniment ta' servizzi lil klijenti li l-interessi tagħhom jistgħu jikkonfliġġu, jew li xort'oħra jirrappreżentaw interessi differenti li jistgħu jkunu ta' kunflitt, inklużi dawk tal-kumpanija;
(c)
it-tneħħija ta' kull rabta diretta bejn ir-rimunerazzjoni ta' persuni rilevanti involuti prinċipalment f'attività u r-rimunerazzjoni ta', jew id-dħul iġġenerat minn, persuni rilevanti differenti involuti prinċipalment f'attività oħra, fejn jista' jinħoloq kunflitt ta' interess marbut ma' dawk l-attivitajiet;
(d)
miżuri biex jipprevjenu jew jillimitaw lil xi persuna milli teżerċita influwenza mhux xierqa fuq il-mod li bih persuna rilevanti twettaq servizzi ta' investiment jew servizzi jew jew attivitajiet anċillari;
(e)
miżuri biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-involviment simultanju jew sekwenzjali ta' persuna rilevanti f'servizzi jew attivitajiet separati ta' investiment jew anċillari meta dak l-involviment jista' jkun ta' ħsara għall-ġestjoni tajba tal-kunflitti ta' interess. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|