+Artikolu 38
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
|
Artikolu 38
Rekwiżiti ġenerali addizzjonali relatati mas-sottoskrizzjoni jew it-tqegħid fis-suq (L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
Id-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza fuq l-istrateġija finanzjarja korporattiva, kif stipulat fit-Taqsima B(3) tal-Anness I, u jipprovdu s-servizz ta' sottoskrizzjoni jew tqegħid fis-suq ta' strumenti finanzjarji għandhom, qabel jaċċettaw il-mandat biex jimmaniġġjaw l-offerta, ikollhom arranġamenti fis-seħħ biex jinfurmaw lill-klijent tal-emittent dwar dan li ġej:
(a)
l-alternattivi ta' finanzjament differenti disponibbli mad-ditta, u indikazzjoni tal-ammont ta' drittijiet ta' tranżazzjoni assoċjati ma' kull alternattiva;
(b)
iż-żmien u l-proċess tal-konsulenza finanzjarja korporattiva dwar l-ipprezzar ta' din l-offerta;
(c)
iż-żmien u l-proċess fir-rigward tal-konsulenza finanzjarja korporattiva dwar it-tqegħid fis-suq ta' din l-offerta;
(d)
id-dettalji tal-investituri li d-ditta għandha l-għan li toffrilhom l-istrumenti finanzjarji;
(e)
il-karigi u d-dipartimenti tal-individwi rilevanti involuti fl-għoti ta' konsulenza finanzjarja korporattiva dwar il-prezz u l-allokazzjoni ta' strumenti finanzjarji; u
(f)
l-arranġamenti tad-ditta biex tevita jew timmaniġġja kunflitti ta' interess li jistgħu jitqajmu meta l-kumpanija tpoġġi l-istrumenti finanzjarji rilevanti mal-klijenti tal-investiment tagħha jew mal-ktieb proprjetà tagħha stess.
|
|
Artikolu 38 2.
|
Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ proċess ċentralizzat li jidentifika kull operazzjoni ta' sottoskrizzjoni u tqegħid fis-suq tal-kumpanija u għandhom jirreġistraw din l-informazzjoni, inkluża d-data li fiha l-kumpanija ġiet informata dwar l-operazzjonijiet potenzjali ta' sottoskrizzjoni u tqegħid fis-suq. Il-kumpaniji għandhom jidentifikaw il-kunflitti ta' interess potenzjali kollha li jirriżultaw minn attivitajiet oħrajn tal-kumpanija ta' investiment, jew grupp, u jimplimentaw proċeduri xierqa ta' ġestjoni. Fil-każijiet fejn kumpanija ta' investiment ma tistax timmaniġġja kunflitt ta' interess billi timplimenta proċeduri xierqa, id-ditta tal-investiment m'għandhiex tinvolvi ruħha fl-operazzjoni.
|
|
Artikolu 38 3.
|
Id-ditti tal-investiment li jipprovdu l-eżekuzzjoni u servizzi ta' riċerka kif ukoll iwettqu attivitajiet ta' sottoskrizzjoni u tqegħid fis-suq għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ kontrolli xierqa biex jimmaniġġjaw kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali bejn dawn l-attivitajiet u bejn il-klijenti differenti tagħhom li jirċievu dawk is-servizzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|