+Artikolu 38 1.

Artikolu 38 1.

Id-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza fuq l-istrateġija finanzjarja korporattiva, kif stipulat fit-Taqsima B(3) tal-Anness I, u jipprovdu s-servizz ta' sottoskrizzjoni jew tqegħid fis-suq ta' strumenti finanzjarji għandhom, qabel jaċċettaw il-mandat biex jimmaniġġjaw l-offerta, ikollhom arranġamenti fis-seħħ biex jinfurmaw lill-klijent tal-emittent dwar dan li ġej:

(a) 

l-alternattivi ta' finanzjament differenti disponibbli mad-ditta, u indikazzjoni tal-ammont ta' drittijiet ta' tranżazzjoni assoċjati ma' kull alternattiva;

(b) 

iż-żmien u l-proċess tal-konsulenza finanzjarja korporattiva dwar l-ipprezzar ta' din l-offerta;

(c) 

iż-żmien u l-proċess fir-rigward tal-konsulenza finanzjarja korporattiva dwar it-tqegħid fis-suq ta' din l-offerta;

(d) 

id-dettalji tal-investituri li d-ditta għandha l-għan li toffrilhom l-istrumenti finanzjarji;

(e) 

il-karigi u d-dipartimenti tal-individwi rilevanti involuti fl-għoti ta' konsulenza finanzjarja korporattiva dwar il-prezz u l-allokazzjoni ta' strumenti finanzjarji; u

(f) 

l-arranġamenti tad-ditta biex tevita jew timmaniġġja kunflitti ta' interess li jistgħu jitqajmu meta l-kumpanija tpoġġi l-istrumenti finanzjarji rilevanti mal-klijenti tal-investiment tagħha jew mal-ktieb proprjetà tagħha stess.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.