+Artikolu 40
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
---+Artikolu 40 5.
|
Artikolu 40
Rekwiżiti addizzjonali relatati mat-tqegħid fis-suq (L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1.
|
Id-ditti tal-investiment li jpoġġu fis-suq l-istrumenti finanzjarji għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti effettivi biex jevitaw li r-rakkomandazzjonijiet fuq it-tqegħid jiġu influwenzati b'mod mhux xieraq minn relazzjonijiet eżistenti jew futuri.
|
|
Artikolu 40 2.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti effettivi interni biex jevitaw jew jimmaniġġjaw kunflitti ta' interess li jirriżultaw meta l-persuni responsabbli mill-għoti ta' servizzi lill-klijenti tad-ditta tal-investiment huma direttament involuti f'deċiżjonijiet dwar rakkomandazzjonijiet lill-klijent tal-emittent dwar l-allokazzjoni.
|
|
Artikolu 40 3.
|
Id-ditti tal-investiment m'għandhomx jaċċettaw pagamenti lil terzi persuni jew benefiċċji jekk dawn il-ħlasijiet jew benefiċċji ma jikkonformawx mar-rekwiżiti dwar l-inċentivi stipulati fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/65/UE. B'mod partikolari, il-prattiki li ġejjin għandhom jitqiesu mhux konformi ma' dawk ir-rekwiżiti u għalhekk għandhom jiġu kkunsidrati inaċċettabbli:
(a)
allokazzjoni magħmula biex jiġi inċentivat il-ħlas ta' drittijiet sproporzjonatament għoljin għal servizzi mhux relatati pprovduti mid-ditta tal-investiment (“laddering”), bħal miżati jew kommissjonijiet sproporzjonatament għoljin imħallsa minn klijent tal-investiment, jew volumi sproporzjonatament għoljin ta' negozju b'livelli normali ta' kommissjoni pprovduti mill-klijenti tal-investiment bħala kumpens għall-irċevuta ta' allokazzjoni ta' din l-offerta;
(b)
allokazzjoni magħmula lil diriġent ewlieni jew uffiċjal korporattiv ta' klijent tal-emittent eżistenti jew potenzjali, f'kunsiderazzjoni tal-għoti futur jew passat ta' negozju finanzjarju korporattiv (“spinning”);
(c)
allokazzjoni li hija espressament jew impliċitament kondizzjonali fuq l-irċevuta ta' ordnijiet futuri jew l-akkwist ta' kwalunkwe servizz ieħor mid-ditta tal-investiment minn klijent tal-investiment, jew kwalunkwe entità li tagħha l-investitur huwa uffiċjal korporattiv.
|
|
Artikolu 40 4.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika ta' allokazzjoni li tistabbilixxi l-proċess għall-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-allokazzjonijiet. Il-politika dwar l-allokazzjonijiet għandha tiġi fornuta lill-klijent tal-emittent qabel ma jsir il-ftehim għall-parteċipazzjoni f'servizzi ta' tqegħid fis-suq. Il-politika għandha tistabbilixxi l-informazzjoni rilevanti li tkun disponibbli f'dak l-istadju dwar il-metodoloġija ta' allokazzjoni proposta għall-offerta.
|
|
Artikolu 40 5.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jinvolvu lill-klijent tal-emittent f'diskussjonijiet dwar il-proċess tat-tqegħid sabiex il-kumpanija tkun tista' tifhem u tikkunsidra l-interessi u l-objettivi tal-klijent. Id-ditta tal-investiment għandha tikseb il-ftehim tal-klijent tal-emittent għall-allokazzjoni proposta minnha għal kull tip ta' klijent għat-tranżazzjoni f'konformità mal-politika ta' allokazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|