|
+Artikolu 44 6. |
Artikolu 44 6.Meta l-informazzjoni tinkludi fiha informazzjoni dwar riżultati fil-ġejjieni, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni mhijiex ibbażata fuq jew tirreferi għal riżultati simulati fl-imgħoddi;
(b)
l-informazzjoni hija bbażata fuq ipotesi raġjonevoli bis-sostenn ta' data oġġettiva;
(c)
meta l-informazzjoni tkun ibbażata fuq riżultati inġenerali, l-effett tal-kommissjonijiet, tat-tariffi jew ta' ħlasijiet oħra huwa żvelat;
(d)
l-informazzjoni hija bbażata fuq xenarji ta' prestazzjoni fil-kundizzjonijiet differenti tas-suq (kemm xenarji negattivi kif ukoll pożittivi) u tirrifletti n-natura u r-riskji ta' tipi speċifiċi ta' strumenti inklużi fl-analiżi;
(e)
l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li dawn il-previżjonijiet mhumiex indikatur ta' garanzija għal riżultati fil-ġejjieni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|