+Artikolu 52
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.
---+Artikolu 52 5.
|
Artikolu 52
Informazzjoni dwar konsulenza dwar l-investiment (L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 52 1.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jispjegaw b'mod ċar u konċiż jekk u kif il-konsulenza dwar l-investiment tikkwalifika bħala indipendenti jew mhux indipendenti u t-tip u n-natura tar-restrizzjonijiet li japplikaw, inkluż, meta jipprovdu konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti, il-projbizzjoni li jirċievu u jżommu inċentivi. Fejn il-konsulenza hija offruta jew ipprovduta lill-istess klijent kemm fuq bażi indipendenti kif ukoll mhux indipendenti, id-ditti tal-investiment għandhom jispjegaw il-kamp ta' applikazzjoni taż-żewġ servizzi sabiex jippermettu lill-investituri jifhmu d-differenzi bejniethom u ma jippreżentawx lilhom infushom bħala konsulenti indipendenti dwar l-investiment għall-attivita ġenerali. Id-ditti ma għandhomx jagħtu prominenza bla bżonn lis-servizzi tal-konsulenza indipendenti dwar l-investiment tagħhom fuq servizzi tal-investiment mhux indipendenti fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-klijenti.
|
|
Artikolu 52 2.
|
Id-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza dwar l-investiment, fuq bażi indipendenti jew mhux indipendenti, għandhom jispjegaw lill-klijent il-firxa ta' strumenti finanzjarji li jistgħu jiġu rakkomandati, inkluż ir-relazzjoni tad-ditta mal-emittenti jew il-fornituri tal-istrumenti.
|
|
Artikolu 52 3.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu deskrizzjoni ta’:
(a)
it-tipi ta’ strumenti finanzjarji meqjusa;
(b)
il-firxa ta’ strumenti finanzjarji u fornituri, analizzati għal kull tip ta’ strument skont l-ambitu tas-servizz;
(c)
fejn rilevanti, tal-fatturi tas-sostenibbiltà meqjusa fil-proċess tal-għażla tal-istrumenti finanzjarji;
(d)
meta jipprovdu konsulenza indipendenti, kif is-servizz ipprovdut jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti, u l-fatturi meqjusa fil-proċess tal-għażla użat mid-ditta tal-investiment għar-rakkomandazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, inklużi r-riskji, il-kostijiet u l-kumplessità tal-istrumenti finanzjarji.
|
|
Artikolu 52 4.
|
Meta l-firxa ta' strumenti finanzjarji ivvalutati mid-ditta tal-investiment li tipprovdi konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti tinkludi l-istrumenti finanzjarji tad-ditta tal-investiment stess jew dawk maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li għandhom rabtiet mill-qrib jew kwalunkwe relazzjoni mill-qrib legali jew ekonomika mad-ditta tal-investiment kif ukoll emittenti jew fornituri oħra li mhumiex marbuta jew relatati, id-ditta tal-investiment għandha tiddistingwi, għal kull tip ta' strument finanzjarju il-firxa tal-istrumenti finanzjarji maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li ma għandhom l-ebda rabta mad-ditta tal-investiment.
|
|
Artikolu 52 5.
|
Id-ditti tal-investiment li jipprovdu valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza tar-rakkomandazzjonijiet ipprovduti skont l-Artikolu 54(12) għandhom jiżvelaw dan li ġej kollu:
(a)
il-frekwenza u l-limitu tal-valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza u fejn rilevanti, il-kundizzjonijiet jagħtu bidu għal dik il-valutazzjoni;
(b)
il-limitu sa fejn l-informazzjoni miġbura minn qabel ser tkun soġġetta għal valutazzjoni mill-ġdid; u
(c)
l-mod li rakkomandazzjoni aġġornata ser tkun ikkomunikata lill-klijent.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|