+Artikolu 58

Artikolu 58

Artikolu 58

Ftehimiet ma' Klijenti mhux Professjonali u Professjonali

(L-Artikolu 24(1) u 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditti tal-investiment li jipprovdu kwalunkwe servizz tal-investiment jew is-servizz anċillari imsemmi fit-Taqsima B(1) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE lil klijent wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jidħlu fi ftehim bażiku bil-miktub mal-klijent, fuq mezz stampat jew permezz ta' mezz permanenti ieħor, bil-klijent jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi essenzjali tad-ditta u tal-klijent. Id-ditti tal-investiment li jipprovdu l-konsulenza dwar l-investiment għandhom ikunu konformi ma' dan l-obbligu fejn titwettaq valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza tal-istrumenti finanzjarji jew servizzi rrakkomandati.

Il-ftehim bil-miktub għandu jistabilixxi d-drittijiet u l-obbligi essenzjali tal-partijiet, u għandu jinkludi dan li ġej:

(a) 

deskrizzjoni tas-servizzi, u fejn rilevanti n-natura u l-limitu tal-konsulenza tal-investiment, li għandha tiġi pprovduta;

(b) 

f'każ ta' servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji, it-tipi ta' strumenti finanzjarji li jistgħu jinxtraw u jinbiegħu u t-tipi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jitwettqu f'isem il-klijent, kif ukoll kwalunkwe strument jew tranżazzjoni ipprojbiti; u

(c) 

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin ta' kwalunkwe servizz imsemmi f'Taqsima B(1) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE li għandu jiġi pprovduta, inkluż fejn applikabbli r-rwol tad-ditta fir-rigward tal-azzjonijiet korporattivi relatati mal-istrumenti tal-klijenti u t-termini li fuqhom tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli li jinvolvu t-titoli tal-klijenti sejrin jiġġeneraw redditu għall-klijent.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.