|
+ANNESS IV |
ANNESS IVANNESS IV TAQSIMA 1 Iż-żamma tar-rekords tal-ordnijiet tal-klijent u d-deċiżjonijiet li jsir negozju 1. L-isem u deżinjazzjoni tal-klijent 2. L-isem jew denominazzjoni oħra ta' kull persuna rilevanti li qed taġixxi f'isem il-klijent 3. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat il-kummerċjant (ID tal-Kummerċjant) responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment fid-ditta ta' investiment 4. Deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikat ukoll l-algoritmu (ID Algo) fid-ditta tal-investiment responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment; 5. Indikatur B/S; 6. L-identifikazzjoni tal-istrument 7. Il-prezz ta' kull unità u n-notazzjoni tal-prezz; 8. Prezz 9. Multiplikatur tal-prezzijiet 10. Munita 1 11. Munita 2 12. Il-kwantità inizjali u notazzjoni tal-kwantità; 13. Il-perjodu ta' validità 14. It-tip tal-ordni; 15. Kull dettall, kundizzjoni u struzzjoni partikolari oħra mill-klijent; 16. Id-data u l-ħin eżatt ta' meta ġiet riċevuta l-ordni, jew id-data u l-ħin eżatt ta' meta saret id-deċiżjoni għan-negozjar. Il-ħin eżatt għandu jkun imkejjel skont il-metodoloġija preskritta skont l-istandards dwar is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġ skont l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2014/65/UE. TAQSIMA 2 Żamma ta' rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ipproċessar ta' ordnijiet 1. L-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-klijent; 2. L-isem jew denominazzjoni oħra ta' kull persuna rilevanti li qed taġixxi f'isem il-klijent; 3. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat il-kummerċjant (ID tal-Kummerċjant) fid-ditta tal-investiment responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment; 4. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat ukoll l-Algo (ID Algo) fid-ditta tal-investiment responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment 5. Numru ta' referenza tat-tranżazzjoni 6. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat l-ordni (ID tal-ordni) 7. Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-ordni assenjat miċ-ċentru tan-negozjar meta jirċievi l-ordni; 8. Identifikazzjoni unika għal kull grupp ta' ordnijiet tal-klijenti aggregati (li se jiġu sussegwentement imqiegħda bħala blokk wieħed ta' ordnijiet f'ċentru għan-negozjar partikolari). Din l-identifikazzjoni għandha tindika “aggregated_X” bl-ittra X tirrappreżenta l-għadd ta' ordnijiet tal-klijenti li jkunu ġew aggregati. 9. Il-kodiċi MIC tas-segment taċ-ċentru tan-negozjar li lilu tkun ġiet sottomessa l-ordni. 10. L-isem jew denominazzjoni oħra tal-persuna li lilha ġiet trażmessa l-ordni 11. Deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-Bejjiegħ u x-Xerrej 12. Il-kapaċità ta' negozjar 13. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat il-Kummerċjant (ID tal-Kummerċjant) responsabbli għall-eżekuzzjoni 14. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat l-Algo (ID tal-Algo) responsabbli għall-eżekuzzjoni 15. Indikatur B/S; 16. L-identifikazzjoni tal-istrument 17. Is-sottostanti aħħari 18. Identitfikatur Put/Call 19. Prezz tal-eżerċitar 20. Pagament bil-quddiem 21. Tip ta' konsenja 22. Tip ta' opzjoni 23. Data ta' maturità 24. Il-prezz ta' kull unità u n-notazzjoni tal-prezz; 25. Prezz 26. Multiplikatur tal-prezzijiet 27. Munita 1 28. Munita 2 29. Il-kwantità li jkun fadal 30. Il-kwantità modifikata 31. Il-kwantità eżegwita 32. Id-data u l-ħin eżatt ta' sottomissjoni tal-ordni jew tad-deċiżjoni għan-negozjar. Il-ħin eżatt għandu jkun imkejjel skont il-metodu stabbilit skont l-istandards dwar is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġ skont l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2014/65/UE 33. Id-data u l-ħin eżatt ta' kull messaġġ li jiġi trażmess lil u li jasal mingħand iċ-ċentru tan-negozjar b'rabta ma' kull avveniment li jaffettwa ordni. Il-ħin eżatt għandu jiġi mkejjel skont il-metodoloġija preskritta skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 ( 17 ) 34. Id-data u l-ħin eżatt ta' kull messaġġ li jiġi trażmess lil u riċevut minn ditta oħra tal-investiment fir-rigward ta' kull avveniment li jaffettwa l-ordni. Il-ħin eżatt għandu jkun imkejjel skont il-metodoloġija stabbilita skont l-istandards dwar is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġ skont l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2014/65/UE 35. Kull messaġġ li jiġi trażmess lil u riċevut mingħand iċ-ċentru tan-negozjar f'dak li għandu x'jaqsam ma' ordnijiet magħmula mid-ditta tal-investiment; 36. Kull dettall ieħor u kundizzjonijiet li ġew ippreżentati lil u riċevuti minn ditta oħra tal-investiment b'rabta mal-ordni; 37. Is-sekwenza ta' kull ordni li sar biex turi l-kronoloġija ta' kull avveniment li jaffettwah, inkluża iżda mhux limitat għal modifiki, kanċellazzjonijiet u l-eżekuzzjoni; 38. Immarkar ta' bejgħ bin-nieqes 39. Immarkar tal-eżenzjoni SSR; 40. Immarkar ta' rinunzja ( 1 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1). ( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1) ( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13). ( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1). ( 5 ) Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55). ( 6 ) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1). ( 7 ) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32). ( 8 ) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1) ( 9 ) Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63). ( 10 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1) ( 11 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338) ( 12 ) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190) ( 13 ) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149). ( 14 ) Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1). ( 15 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-provvista ta' dejta ta' qabel u wara n-negozjar u l-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta (ara paġna 142 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali). ( 16 ) Għandu jiġi nnutat li ċerti spejjeż jidhru fiż-żewġ tabelli imma mhumiex doppji minħabba li rispettivament jirreferu għall-ispejjeż tal-prodott u l-ispejjeż tas-servizz. Eżempji huma l-miżati ta' ġestjoni (fit-Tabella 1, dawn jirreferu għal miżati ta' ġestjoni mitluba minn ditta ta' investiment li tipprovdi s-servizz ta' ġestjoni ta' portafoll lill-klijenti tagħha filwaqt li fit-Tabella 2 dawn jirreferu għal miżati ta' ġestjoni mitluba minn maniġer ta' fond ta' investiment lill-investitur tiegħu) u kummissjonijiet tas-sensara (fit-Tabella 1, dawn jirreferu għal kummissjonijiet imġarrba mid-ditta ta' investiment meta tinnegozja f'isem il-klijenti tagħha filwaqt li fit-Tabella 2 dawn jirreferu għal kummissjonijiet imħallsa minn fondi ta' investiment meta jinnegozjaw f'isem il-fond). ( 17 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozju (ara paġna 148 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|