|
+Artikolu 33 5. |
Artikolu 33 5.Għal dan il-għan, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' pagament imsemmija fl-Artikolu 30(1) ikunu jistgħu jiġu identifikati u jkunu jistgħu jiddependu fuq il-proċeduri ta' awtentikazzjoni pprovduti mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont għall-utent ta' servizzi ta' pagament. Meta l-fornituri ta' servizzi ta' pagament imsemmija fl-Artikolu 30(1) jużaw l-interfaċċja msemmija fil-paragrafu 4, dawn għandhom:
(a)
jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawn ma jaċċessawx, jaħżnu jew jipproċessaw data għal finijiet oħrajn għajr għall-għoti tas-servizz mitlub mill-utent ta' servizzi ta' pagament;
(b)
ikomplu jikkonformaw mal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 66(3) u l-Artikolu 67(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 rispettivament;
(c)
jirreġistraw id-data li tiġi aċċessata permezz tal-interfaċċja operata mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont għall-utenti ta' servizzi ta' pagament tiegħu, u jipprovdu, fuq talba u mingħajr dewmien żejjed, il-log fajl lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom;
(d)
jiġġustifikaw kif xieraq lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom, fuq talba u mingħajr dewmien żejjed, l-użu tal-interfaċċja li tkun saret disponibbli għall-utenti ta' servizzi ta' pagament biex jaċċessaw direttament il-kontijiet tal-pagament tagħhom onlajn;
(e)
jinfurmaw kif xieraq lill-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jġestixxi l-kont. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|