+Artikolu 16 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
---+Artikolu 16 9.

Artikolu 16 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
B’deroga mill-Artikolu 6(1) u (2), il-PSPs jistgħu jkomplu, sal-1 ta’ Awwissu 2014, jipproċessaw tranżazzjonjiet ta’ pagamenti f’euro f’formati li huma differenti minn dawk meħtieġa għat-trasferimenti ta’ kreditu u għad-debiti diretti skont dan ir-Regolament.

L-Istati Membri japplikaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 6(1) u (2), stabbiliti skont l-Artikolu 11, mit-2 ta’ Awwissu 2014.

B’deroga mill-Artikoli 6(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta’ Frar 2016, iħallu lill-PSPs biex jipprovdu lill-PSUs, b’servizzi ta’ konverżjoni għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali li jippermettu lil PSUs li jkunu konsumaturi jkomplu jużaw BBAN minflok l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness bil-kundizzjoni li l-interoperabilità tiġi żgurata billi jiġi konvertit il-BBAN ta’ min iħallas u tal-benefiċjarju b’mod tekniku u sikur fl-identifikatur tal-kont ta’ pagament rispettiv speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness. Dan l-identifikatur tal-kont ta’ pagament jingħata lill-PSU inizjali, meta jkun xieraq qabel ma jsir il-pagament. F’każ bħal dan, il-PSPs ma għandhom jimponu l-ebda imposta jew tariffa oħra fuq il-PSU marbuta direttament jew indirettament ma’ dawn is-servizzi ta’ konverżjoni.

Artikolu 16 2.
Il-PSPs li joffru servizzi ta’ pagament denominati fl-euro u dak li jinsabu fi Stat Membru li ma għandux l-euro bħala l-munita tiegħu għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 3 meta jkunu qegħdin joffru servizzi ta’ pagament f’euro sal-31 ta’ Ottubru 2016. Jekk, madankollu, l-euro jiġi introdott bħala l-munita ta’ kwalunkwe minn dawn l-Istati Membri qabel il-31 ta’ Ottubru 2015, il-PSP li jinsab f’dak l-Istat Membru għandu jikkonforma mal-Artikolu 3 fi żmien sena mid-data li fiha l-Istat Membru konċernat jidħol fiż-żona euro.
Artikolu 16 3.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jirrinunzjaw għar-rekwiżiti kollha jew uħud minnhom imsemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) għal dawk it-trasferimenti ta’ kreditu u tranżazzjoniijiet ta’ debitu dirett b’sehem kumulattiv fis-suq, fuq il-bażi tal-istatistika uffiċjali tal-pagamenti ppubblikata annwalment mill-BĊE, ta’ inqas minn 10 % tal-għadd totali tat-trasferimenti tal-kreditu jew ta’ tranżazzjoniijiet ta’ debitu dirett rispettivament, f’dak l-Istat Membru sal-1 ta’ Frar 2016.
Artikolu 16 4.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jirrinunzjaw għar-rekwiżiti kollha, jew uħud minnhom imsemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) għal dawk it-tranżazzjonijiet ta’ pagament ġġenerati bl-użu ta’ kard ta’ pagament fil-punt fejn sar il-bejgħ li jirriżulta f’debitu dirett lejn u minn kont ta’ pagament identifikat minn BBAN jew IBAN sal-1 ta’ Frar 2016.
Artikolu 16 5.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(1) u (2) l-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta’ Frar 2016, jħallu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jirrinunzjaw għar-rekwiżit speċifiku li jużaw il-formati tal-messaġġi speċifikati fil-punt (1)(b) tal-Anness stipulat fl-Artikolu 5(1)(d) għal PSUs li jagħtu bidu jew jirċievu trasferimenti individwali ta’ kreditu jew debiti diretti li jiġu trażmessi flimkien. Minkejja rinunzja possibbli, il-PSPs għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(d) meta PSU jitlob tali servizz.
Artikolu 16 6.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jiddeferixxu r-rekwiżiti rigward l-għoti ta’ BIC għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali fl-Artikolu 5(4), (5) u (7) sal-1 ta’ Frar 2016.
Artikolu 16 7.
Meta Stat Membru jkun biħsiebu juża deroga kif previst fil-paragrafi 1, 3, 4, 5 jew 6, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan sal-1 ta’ Frar 2013, u għandu sussegwentement jippermetti lill-awtorità kompetenti tiegħu jirrevoka, kif rilevanti, ir-rekwiżiti kollha jew uħud mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5, fl-Artikolu 6(1) jew (2) u fl-Anness, għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament rilevanti msemmija fil-paragrafi jew fis-subparagrafi rispettivi u għal perijodu mhux itwal minn dak tad-deroga. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-tranżazzjonijiet ta’ pagament soġġetti għad-deroga u b’kull bidla sussegwenti.
Artikolu 16 8.
Il-PSPs li jinsabu fi, u l-PSUs li jużaw servizz ta’ pagament fi Stat Membru li m’għandux l-euro bħala l-munita tiegħu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5 sal-31 ta’ Ottubru 2016. L-operaturi tas-sistemi ta’ pagament bl-imnut għal Stat Membru li ma għandux l-euro bħala l-munita tiegħu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(2) sal-31 ta’ Ottubru 2016.

Jekk, madankollu, l-euro jiġi introdott bħala l-munita ta’ kwalunkwe minn dawn l-Istati Membri qabel il-31 ta’ Ottubru 2015, il-PSPs jew meta jkun rilevanti l-operaturi tas-sistemi ta’ pagamenti bl-imnut li jinsabu f’dak l-Istat Membru u l-PSUs li jużaw servizz ta’ pagament f’dak l-Istat Membru għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rispettivi fi żmien sena mid-data li fiha l-Istat Membru konċernat ikun daħal fiż-żona euro, iżda mhux qabel id-dati rispettivi speċifikati għall-Istati Membri li għandhom l-euro bħala l-munita tagħhom fil-31 ta’ Marzu 2012.

Artikolu 16 9.
Jekk l-euro jiġi introdott bħala l-munita ta’ Stat Membru qabel id-9 ta’ April 2027, il-PSPs f’dak l-Istat Membru għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 5a, 5b u 5c fi żmien sena mid-data li fiha l-euro jkun ġie introdott bħala l-munita ta’ dak l-Istat Membru u mhux aktar tard mid-dati rispettivi speċifikati f’dawk l-Artikoli għall-PSPs fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. Madankollu, tali PSPs ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 5a, 5b u 5c qabel id-dati rispettivi speċifikati f’dawk l-Artikoli għall-PSPs fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.