|
+Artikolu 17 Emendi tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 |
Artikolu 17 Emendi tar-Regolament (KE) Nru 924/2009Artikolu 17 Emendi tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 Ir-Regolment (KE) Nru 924/2009 huwa emendat kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 2, il-punt (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“10.
‘fondi’ tfisser karti tal-flus u muniti, flus skritturali u flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, it-tkomplija u s-superviżjoni prudenti tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ( *1 ).
(2)
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
L-imposti mitluba minn fornitur tas-servizz ta’ pagament mill-utent tas-servizz ta’ pagament fir-rigward ta’ pagamenti transkonfinali għandhom ikunu l-istess daqs l-imposti mitluba minn dak il-fornitur tas-servizz ta’ pagament fuq dak l-utent tas-servizz ta’ pagament għal pagamenti nazzjonali korrispondenti tal-istess valur u fl-istess munita.”;
(3)
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 2 għandu jitħassar;
(b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ jimponi mposti addizzjonali ma’ dawk diġà applikati skont l-Artikolu 3(1) fuq l-utent tas-servizz ta’ pagament meta dak l-utent jinforma lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex jesegwixxi l-pagament transkonfinali mingħajr ma jikkomunika l-IBAN u, meta jkun xieraq u skont ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (
*2
), il-BIC relatat mal-kont ta’ pagament fl-Istat Membru l-ieħor. Dawk l-imposti għandhom ikunu adatti u konformi mal-ispejjeż. Huma għandhom jiġu miftiehma bejn il-fornitur tas-servizz ta’ pagament u l-utent tas-servizz ta’ pagament. Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jinforma lill-utent tas-servizz ta’ pagament dwar l-ammont tal-imposti addizzjonali fi żmien kmieni biżżejjed qabel ma l-utent tas-servizz ta’ pagament jintrabat bi ftehim bħal dan.
(4)
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
B’effett mill-1 ta’ Frar 2016, l-Istati Membri għandhom ineħħu l-obbligi tar-rappurtar nazzjonali abbażi tas-saldu fuq il-fornituri tas-servizz ta’ pagament, għall-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-klijenti tagħhom.”.
(5)
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
fil-paragrafu 1, id-data “l-1 ta’ Novembru 2012” hi sostitwita bi “l-1 ta’ Frar 2017”.
(b)
fil-paragrafu 2, id-data “l-1 ta’ Novembru 2012” hi sostitwita bi “l-1 ta’ Frar 2017”.
(c)
fil-paragrafu 3, id-data “l-1 ta’ Novembru 2012” hi sostitwita bi “l-1 ta’ Frar 2017”.
(6)
L-Artikolu 8 huwa mħassar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|