+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
---+Artikolu 2 (18)
---+Artikolu 2 (19)
---+Artikolu 2 (20)
---+Artikolu 2 (21)
---+Artikolu 2 (22)
---+Artikolu 2 (23)
---+Artikolu 2 (24)
---+Artikolu 2 (25)
---+Artikolu 2 (26)
---+Artikolu 2 (27)
---+Artikolu 2 (28)
---+Artikolu 2 (29)
---+Artikolu 2 (30)
---+Artikolu 2 (31)
---+Artikolu 2 (32)
---+Artikolu 2 (33)
---+Artikolu 2 (34)
---+Artikolu 2 (35)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“akkwirent” tfisser fornitur ta' servizzi ta' pagament li jikkuntratta ma' benefiċjarju biex jaċċetta u jipproċessa transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard, li jirriżultaw fi trasferiment ta' fondi lill-benefiċjarju;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“emittent” tfisser fornitur ta' servizzi ta' pagament li jaqbel li jipprovdi lil pagatur bi strument ta' pagament biex jibda u jipproċessa t-transazzjonijiet ta' pagatur ta' pagament permezz ta' kard;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“konsumatur” tfisser persuna fiżika li, f'kuntratti ta' servizzi ta'pagament koperti minn dan ir-Regolament, qed taġixxi għal finijiet li mhumiex is-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“transazzjoni b'kard ta' debitu” tfisser transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard, inklużi dawk b'kards imħallsin minn qabel, li ma tkunx transazzjoni b'kard ta' kreditu;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“transazzjoni b'kard ta' kreditu” tfisser transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard fejn l-ammont tat-transazzjoni ikun debitat għalkollox jew f'parti minnu lill-pagatur f'data speċifika maqbula minn qabel, f'konformità ma' faċilità ta' kreditu maqbula minn qabel, bl-imgħax jew mingħajru;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“kard kummerċjali” tfisser kwalunkwe strument ta' pagament permezz ta' kard maħruġ lil impriżi jew entitajiet tas-settur pubbliku jew persuni fiżiċi li jaħdmu għal rashom li jkun limitat fl-użu għall-ispejjeż tan-negozju fejn il-pagamenti magħmula minn tali kards jitħallsu b'mod dirett mill-kont tal-impriża jew l-entità tas-settur pubbliku jew il-persuna fiżika li taħdem għal rasha;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard” tfisser servizz ibbażat fuq l-infrastruttura u r-regoli tan-negozju ta' skema ta' kards ta' pagament biex issir transazzjoni ta' pagament permezz ta' kwalunkwe kard, telekomunikazzjoni, apparat jew software diġitali jew tal-IT jekk dan jirriżulta fi transazzjoni b'kard ta' debitu jew ta' kreditu. It-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard jeskludu transazzjonijiet ibbażati fuq tipi oħra ta' servizzi ta' pagament;
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“transazzjoni ta' pagament transkonfinali” tfisser transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard fejn l-emittent u l-akkwirent ikunu jinsabu fi Stati Membri differenti jew fejn l-istrument ta' pagament permezz ta' kard jinħareġ minn emittent li jinsab fi Stat Membru differenti minn dak tal-punt tal-bejgħ;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“transazzjoni ta' pagament domestika” tfisser kwalunkwe transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard li ma tkunx transazzjoni ta' pagament transkonfinali;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“tariffa tal-interkambju” tfisser tariffa mħallsa għal kull transazzjoni direttament jew indirettament (jiġifieri permezz ta' terza parti) bejn l-emittent u l-akkwirent involuti fi transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard. Il-kumpens nett jew remunerazzjonijiet maqbula oħrajn jitqiesu bħala parti mit-tariffa tal-interkambju;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“kumpens nett” tfisser l-ammont nett totali ta' pagamenti, skontijiet jew inċentivi riċevuti minn emittent mill-iskema ta' kards ta' pagament, l-akkwirent jew kwalunkwe intermedjarju ieħor fir-rigward ta' transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard jew attivitajiet relatati;
|
|
Artikolu 2 (12)
|
“tariffa għas-servizzi tan-negozjant” tfisser tariffa mħallsa mill-benefiċjarju lill-akkwirent b'rabta ma' transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard;
|
|
Artikolu 2 (13)
|
“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija r-riċevitur intiż ta' fondi li kienu s-suġġett ta' transazzjoni tal-ħlas;
|
|
Artikolu 2 (14)
|
“pagatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont ta' pagament u tippermetti ordni ta' pagament minn dak il-kont ta' pagament, jew, fejn ma jkun hemm ebda kont ta' pagament, persuna fiżika jew ġuridika li tagħti ordni ta' pagament;
|
|
Artikolu 2 (15)
|
“kard ta' pagament” tfisser kategorija ta' strument ta' pagament li jippermetti lil pagatur jagħti bidu għal transazzjoni b'kard ta' debitu jew ta' kreditu;
|
|
Artikolu 2 (16)
|
“skema ta' kards ta' pagament” tfisser sett wieħed ta' regoli, prattiki, standards u/jew linji gwida għall-implimentazzjoni għall-eżekuzzjoni ta' transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard u li jkun separat minn kwalunkwe sistema ta' infrastruttura jew ta' pagament li tappoġġa l-operazzjoni tiegħu, u li jinkludi kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew entità speċifika li tieħu d-deċiżjonijiet b'responsabbiltà għall-funzjonament tal-iskema;
|
|
Artikolu 2 (17)
|
“skema ta' pagament permezz ta' kard ta' erba” partijiet' tfisser skema ta' pagament permezz ta' kard li fiha l-pagamenti jsiru mill-kont ta' pagament ta' pagatur fil-kont ta' pagament ta' benefiċjarju permezz tal-intermedjazzjoni tal-iskema, emittent (min-naħa tal-pagatur) u akkwirent (min-naħa tal-benefiċjarju);
|
|
Artikolu 2 (18)
|
“skema ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet” tfisser skema ta' kards ta' pagament li fiha l-iskema stess tipprovdi servizzi akkwirenti u emittenti u t-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard isiru minn kont ta' pagament ta' pagatur fil-kont ta' pagament ta' benefiċjarju fl-iskema. Meta skema ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet tilliċenzja fornituri oħrajn ta' servizzi ta' pagament għall-ħruġ ta' strumenti ta' pagament permezz ta' kards jew l-akkwist ta' transazzjonijiet ta' strumenti ta' pagament permezz ta' kard, jew it-tnejn, jew toħroġ strumenti ta' pagament permezz ta' kard flimkien ma' sieħeb f'co-branding jew permezz ta' aġent, hija titqies bħala skema ta' pagament permezz ta' kard ta' erba' partijiet;
|
|
Artikolu 2 (19)
|
“strument ta' pagament” tfisser kwalunkwe apparat personalizzat u/jew sett ta' proċeduri miftiehma bejn l-utent tas-servizzi ta' pagament u l-fornitur tas-servizzi ta' pagament u użat sabiex jagħti bidu għal ordni ta' pagament;
|
|
Artikolu 2 (20)
|
“strument ta' pagament permezz ta' kard” ifisser kwalunkwe strument ta' ħlas, inklużi kard, mowbajl, kompjuter jew kwalunkwe apparat teknoloġiku ieħor li jkun fih l-applikazzjoni adattata ta' pagament, li tippermetti lill-pagatur jibda transazzjoni ta' pagament permezz ta' kard li mhijiex trasferiment ta' kreditu jew debitu dirett kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012;
|
|
Artikolu 2 (21)
|
“applikazzjoni ta' pagament” tfisser softwer tal-kompjuter jew ekwivalenti mtella' fuq apparat li jippermetti li jinbdew transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard u li jħalli lill-pagatur joħroġ ordnijiet ta' pagament;
|
|
Artikolu 2 (22)
|
“kont ta' pagament” tfisser kont f'isem wieħed jew aktar fornituri ta' servizzi ta' pagament li jintuża għall-eżekuzzjoni ta' transazzjonijiet ta' pagament, inkluż permezz ta' ammont speċifiku ta' flus elettroniċi kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);
|
|
Artikolu 2 (23)
|
“ordni ta' pagament” tfisser kwalunkwe istruzzjoni minn pagatur lill-fornitur ta' servizzi ta' pagament tiegħu li biha jitolbu jesegwixxi transazzjoni ta' pagament;
|
|
Artikolu 2 (24)
|
“fornitur ta' servizzi ta' pagament” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika awtorizzati li jipprovdu s-servizzi ta' pagament elenkati fl-Anness tad-Direttiva 2007/64/KE jew rikonoxxuti bħala emittenti ta' flus elettroniċi skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2009/110/KE. Fornitur ta' servizzi ta' pagament jista' jkun emittent jew akkwirent jew it-tnejn li huma;
|
|
Artikolu 2 (25)
|
“utent ta' servizzi ta' pagament” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel użu minn servizz ta' pagament fil-kapaċità jew ta' pagatur jew ta' benefiċjarju, jew it-tnejn li huma;
|
|
Artikolu 2 (26)
|
“transazzjoni ta' pagament” tfisser azzjoni ta' trasferiment ta' fondi, mibdija minn pagatur jew għan-nom tiegħu jew mill-benefiċjarju, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn pagatur u l-benefiċjarju;
|
|
Artikolu 2 (27)
|
“ipproċessar” tfisser it-twettiq tas-servizzi ta' pproċessar ta' transazzjoni ta' pagament f'termini tal-azzjonijiet rikjesti għall-ittrattar ta' struzzjoni ta' pagament bejn l-akkwirent u l-emittent;
|
|
Artikolu 2 (28)
|
“entità ta' pproċessar” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi ta' pproċessar ta' transazzjoni ta' pagament;
|
|
Artikolu 2 (29)
|
“punt tal-bejgħ” tfisser l-indirizz tal-post fiżiku tan-negozjant fejn tinbeda t-transazzjoni ta' pagament. Madankollu:
|
(a)
|
f'każ ta' bejgħ mill-bogħod jew kuntratti mill-bogħod (jiġifieri kummerċ elettroniku) kif definiti fil-punt 7 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE, il-punt tal-bejgħ għandu jkun l-indirizz tal-post fiss tan-negozju li fih in-negozjant jeżerċita n-negozju tiegħu irrispettivament mis-sit elettroniku jew tas-server li minnu tinbeda t-transazzjoni ta' pagament;
|
|
(b)
|
f'każ li n-negozjant ma jkollux post fiss tan-negozju, il-punt tal-bejgħ għandu jkun l-indirizz li għalih in-negozjant għandu liċenzja kummerċjali valida u li minnu tinbeda t-transazzjoni ta' pagament;
|
|
(c)
|
f'każ li n-negozjant ma jkollux post fiss tan-negozju u lanqas liċenzja kummerċjali valida, il-punt tal-bejgħ għandu jkun l-indirizz tal-korrispondenza għall-pagament tat-taxxi tiegħu relatati mal-attività tal-bejgħ tiegħu u li minnu tinbeda t-transazzjoni ta' pagament;
|
|
|
Artikolu 2 (30)
|
“marka ta' pagament” tfisser kwalunkwe materjal jew isem, terminu, sinjal, simbolu diġitali jew kombinament tagħhom, li kapaċi jindika taħt liema skema ta' pagament permezz ta' kard isiru t-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard;
|
|
Artikolu 2 (31)
|
“co-badging” tfisser l-inklużjoni ta' żewġ marki jew aktar ta' pagament jew applikazzjonijiet ta' pagament tal-istess marka fuq l-istess strument ta' pagament permezz ta' kard;
|
|
Artikolu 2 (32)
|
“co-branding” tfisser l-inklużjoni ta' mill-inqas marka waħda ta' pagament u mill-inqas marka waħda mhux ta' pagament fuq l-istess strument ta' pagament permezz ta' kard;
|
|
Artikolu 2 (33)
|
“kard ta' debitu” tfisser kategorija ta' strument ta' pagament li jippermetti lil pagatur jagħti bidu għal transazzjoni b'kard ta' debitu esklużi dawk b'kards imħallsin minn qabel;
|
|
Artikolu 2 (34)
|
“kard ta' kreditu” tfisser kategorija ta' strument ta' pagament li jippermetti lill-pagatur jibda transazzjoni b'kard ta' kreditu;
|
|
Artikolu 2 (35)
|
“kard imħallsa minn qabel” tfisser kategorija ta' strument ta' pagament li fiha flus elettroniċi, kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, ikunu maħżunin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0751
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|