3. Sad-9 ta' Diċembru 2020, fir-rigward ta' transazzjonijiet domestiċi ta' kards ta' debitu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-fornituri ta' servizzi ta' pagament japplikaw tariffa tal-interkambju medja ponderata ta' mhux aktar mill-ekwivalenti ta' 0,2 % tal-medja annwali tal-valur tat-transazzjoni għat-transazzjonijiet domestiċi b'kards ta' debitu kollha f'kull skema ta' kards ta' pagament. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu aktar baxx tat-tariffa tal-interkambju medja ponderata applikabbli għal kull transazzjoni domestika b'kard ta' debitu.